– Robert Arrigo, PN
Fil-parlament il-Viċi Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Partit Robert Arrigo appella lill-gvern biex jassigura li l-prodott turistiku Malti jitjieb.
Fil-palament Robert Arrigo qal li kull post għandu jkollu liċenzja ta’ operazzjoni u sostna li għandu jitwaqqaf fond ta’ protezzjoni. Hu sostna li l-Pulizija tat-Turiżmu twaqqfu minħabba li ma kien xhemm ħlasijiet għas-sahra. Jeħtieġ li jkun hemm iktar pulizija assenzati fl-Għases tal-Qawra u lokalitajiet oħra fejn hemm it-turisti.
Dwar l-Iskola tal-ITS, Robert Arrigo qal li m’hemmx biżżejjed klasisjiet, kċejjen u apparat. Naqsu wkoll l-istipendji tal-istudenti. Hu qal li l-prodott naqas u Malta saret ogħlja waqt li l-pajjiż saret magħruf bħala l-iktar pajjiż maħmuġ fl-Ewropa.
Id-depttat Nazzjonalista qal li x-xogħljiet ta’ kostruzzjoni jridu jsiru imma qed jikkaġunaw ħsarat għal setturi oħra. Hu tkellem dwar il-prodott turistiku Malti u qal li jeħtieġ li Malta titnaddaf. Dwar l-eco-tax funding, Robert Arrigo qal li hu jaħseb li l-Gvern ġabar biss madwar €2 miljuni.
Il-Viċi-Kap tal-PN kompla li m’hemmx għajuna għall-investituri u sostna li l-budget nesa din l-industrija. Prodott Malta waqa’ lura għalkemm il-prodotti turistiċi huma eċċellenti. Hu tkellem ukoll dwar ix-xufiera tal-karozzi. Jeħtieġ li l-lista tal-gwidi tkun aġġornata u tkun imnedija diploma.
Dwar il-host families, Robert Arrigo qal li l-budget għandu jilħaq lil kulħadd biex iktar nies jitħajru għall-host families minħabba li dawn qed jonqsu. Hu qal li l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż qed iħallsu l-VAT huma filwaqt li fl-Ingilterra dawn lanqas biss iħallsu VAT.
Robert Arrigo tkellem dwar l-Air Malta u qal li l-Oppożizzjoni taqbel li din tikber u staqsa kemm ħalset kumpens l-Aiur Malta fuq persuni li kellhom it-titjiriet imħassra. Hu staqsa kemm ħallset l-Air Malta għall-kiri ta’ ajruplani mill-lum għall-għada. Robert Arrigo qal li fil-ground handling qed jinħbew bejn €8 u €10 miljuni, u staqsa mn qed iħallas dawn il-flejjes.
Jeħtieġ li r-rotot jibqgħu jiżdiedu u jinħolqu rotot ħoda u sostenibbli, stna Ribert Arrigo, li staqsa jekk hemmx pjan dwar l-ajruplani. Dawn il-propsti għandhom jitwettqu immedjatament
//= $special ?>