Illum ġie inawgurat il-bini ta’ Ċentru Ċiviku ġdid tal-Fgura. Dan iċ-ċentru nbena kompletament ġdid fi triq ewlenija tal-Fgura, wara li tul dawn l-aħħar sittax-il sena nħass il-bżonn li tinbena binja ikbar għall-użu tal-lokalità. Dan wara li l-post minn fejn kien qed jopera dan il-kunsill kien pjuttost żgħir li ma setax jilqa’ iktar ħaddiema fih.
Il-proġett sar b’ħidma kbira mill-Kunsill Lokali. Parti kbira mill-ispejjeż ta’ din il-binja, madwar sitt mitt elf ewro, ingħataw mill-Fond għall-Iżvilupp u l-Ippjanar.
Dan iċ-Ċentru se jilqa’ fih ukoll uffiċini għall-Home Base Therapeuric Services, spazju sabiex l-artisti jesebixxu x-xogħol tagħhom kif ukoll sala għall-użu tal-komunità tal-Fgura.
Permezz ta’ din il-bija ġdida, il-Kunsill qed iħares ‘il quddiem biex jagħti servizz lir-residenti tal-Fgura, biex b’hekk ikunu iktar moqdijin u milqugħin.
//= $special ?>

