– Mario de Marco, PN
Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco qal li fit-turiżmu r-reputazzjoni hi ċ-ċavetta ta’ kollox fit-turiżmu u rrifera għar-rapport tal-FIAU dwar il-Ministru tat-Turiżmu, li jikkonkludi li hemm suspett raġonevoli ta’ ħasil ta’ flus mill-Ministru Konrad Mizzi. Dan ir-rapport kien mgħoddi lill-pulizija għal kull azzjoni opportunità. Hu qal li l-industrija tat-turiżmu jisħoqqilha ħafna aħjar minn ministru li dwaru hemm il-konklużjonijiet tal-FIAU.
Fil-parlament Mario de Marco qal li r-riżultati għat-turiżmu bejn Jannar u Awissu huma pożittivi fejn ġww 1.7 miljun turist; li hi żieda fuq l-1.5 miljun fis-sena ta’ qabel. Il-medja taż-żjara f’Malta qed dejjem tiqsar u issa issa niżel għal 7.2 lejl. Kien hemm tnaqqis ta’ 5% fin-nefqa dovuta minħabba li ż-żjarat naqsu u minħabba li t-turist qed jonfoq inqas. Fil-cruise liners, fl-2018 ma kinux tajbin daqs l-2017 fejn kien hemm tnaqqas ta’ 41,000 passiġġier jew 12%. Jeħtieġ li jkun iffukar fuq ir-rotot biex isisr strateġija dwar l-aċċessibbiltà.
Malta tista’ tkun selettiva fejn jinfetħu u jingħalqu ċertu rotot. Hu tkellem dwar l-importanza tan-niċċeċ turisti, il-bidliet fl-industrija u l-importanza li jsir master plan għaż-żona tal-golden mile. Hu appella biex il-bajjiet isiru f’mod tajjeb kif saret il-Bajja ta’ San Ġorġ. X’sar mill-proġetti ta’ tisbiħ li kien sir f’ċertu lokalitajiet.
Mario de Marco qal li l-Maltin dejjem laqgħu lit-turisti u m’għandhiex tinħolq sitwazzjoni ta’ antagoniżmu.
//= $special ?>