Lokali Parlament

Jeħtieġ isir investiment iktar b’saħħtu fit-turiżmu fin-naħa t’isfel

– Toni Bezzina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal li jeħtieġ isir investiment iktar b’saħħtu fin-naħa t’isfel ta’ Malta b’investiment tu kollabroazjoni mal-kunsilli lokali beix jissaħħaħ l-aspett turistiku taż-żona.

Fil-parlament Toni Bezzina qal li f’Wied iż-Żurrieq lanqas għad hemm drenaġġ. Toni Bezzina tkellem dwar it-traffiku fin-naħa t’isfel ta Malta u qla l s-sitwazzjoni hi diffiċli ħafna. Dan hu inkonvinjent li qed ikollu effetti mat-turisti li jżuru l-pajjiż.

Il-gvern għandu jistudja iktar il-problemi ta’ traffiku li qed jintużaw regolarment. Hu appella biex ikun hemm l-opportunità biex kull belt u raħal jkollu l-attrazzjonijiet turistiċi tiegħu jkunu proġettat bl-aħjar mod. Dan jista’ jsir b’investiment mal-kunsilli lokali.