– Kristy Debono, PN
Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono appelllat għal konsensus u qbil unanimu, jekk verament irridu nkunu ġusti m’għandna nfusna li pajjiżna jeħtieġ li jsir tali studju, jiġi mfassal pjan konkret, strateġija ħolistika biex tippreparana għal din id-direzzjoni taż żieda fil-popolzzjoni u influss ta’ barranin li jidher li l-Gvern huwa tant committed u konvint dwarha, qalet Kristy Debono.
Fil-parlament hi rriferiet għal artiklu f’The Times, mill-ġurnalist Keith Micallef, fejn qiegħed jistqasi jekk sarux xi studju dwar din il-politka tal-Gvern li jinjetta żieda qawwija fil-popolazzjoni ġewwa pajjiżna.
Dan ir-rapport qiegħed jgħid li waqt li l-Gvern qiegħed jiddefendi il-politika kontroversjali li jimporta aktar minn 43,000 ħaddiem barrani mhux mill-Unjoni Ewropea, l-istess Gvern Laburista qiegħed jirrifjuta milli jiddikjara jekk qegħdin isiru xi tip ta’ studji biex jiġi stabbilit il-massimu li l-infrastruttura ta’ pajjiżna tiflaħ għalih.
Dan mhuwiex argument xenofobiku, dan mhuwiex argument razzist … dan huwa sempliċiment argument loġiku.
Il-mistoqsijiet li għamlet it-Times of Malta lil Jobs plus huma x’inhi ċ-ċifra eżatta ta’ ħaddiema barranin ġewwa pajjiżna, kemm minn dawn mhumiex mill-Unjoni Ewropea, kemm-il work permit ġie approvat xahar b’xahar, fl-2017 u fl-2018, il-Jobs Plus, il-Gvern għada bl-opinjoni li pajjiżna jeħtieġ 40,000 ħaddiem barrani ieħor? Jew fl-opinjoni tiegħu jeħtieġ, aktar jew anqas?
Xi studju qed isiru biex jiġi assigurat li ż-żieda fil-popolazzjoni ma tesponiex għal riskji kbar infrastrutturali, ambjentali, ta’ sigurta, ta’ prezz mhux sostennibli ta’ propjetà, ta’ over development?
Id-direzzjoni, l-istrateġija, x’inhu n-numru massimu ta’ ħaddiema barranin li pajjiżna jiflaħ jakkomoda, minn perspettiva infrastrutturali, minn perspettiva ta’ overpopulation, minn perspettiva prattika, minn perspettiva tal-istandard of living li ma jkompliex jitgħarraq, minn perspettiva ta’ akkomodazzjoni … u dan f’kuntest li pajjiżna huwa l-aktar pajjiż ffullat, densely populated fost il-pajjiżi kollha fl-Unjoni Ewropea, it-tmien l-aktar pajjiż ffullat fid-dinja kollha.
Nemmen li għandu jkollna konsensus, għandu jkun hemm qbil unanimu, jekk verament irridu nkunu ġusti m’għandna nfusna li pajjiżna jeħtieġ li jsir tali studju, jiġi mfassal pjan konkret, strateġija ħolistika biex tippreparana għal din id-direzzjoni li jidher li l-Gvern huwa tant committed u konvint dwarha, qalet Kristy Debono.
Meta nitkellmu fuq pajjiż li rriduh isir kożmopolitan irridu naraw eżattament xi rridu nfissru b’dak li qed ngħidu u jekk irridux nilħqu dan l-għan akkost ta’ kollox u tkun kemm tkun kbira l-ispiża u l-impatt fuq pajjiżna u fuq il-poplu Malti u Għawdxi.
Hi qalet li hawn xi ħadd jemmen lill-Gvern Laburista li l-Partit Nazzjonalista ma jridx lil dan il-pajjiż javvanza u l-intenzjoni tiegħu hi li jwerwer lin-nies biex il-pajjiż jibqa’ lura. Jew għandna Oppożizzjoni responsabbli li quddiem dawn l-ostakli qed tiftaħ għajnejn il-Gvern u twissieh li għal dan kollu wieħed ma jistax jitlaq jiġri għal għonq it-triq, ma jikkonsultax, ma jirrispondix għall-kritika u kull min ma jaqbilx miegħu jattakah li hu negattiv, pessimist u moħħu biex ibeżża’.
Kristy Debono qalet li l-mistoqsija li hawn min qed jipprova jweħħel fuqna bħala Oppożizzjoni biex mingħalih iwerwer lin-nies minnha. Min tassew ikun xenofobiku u razzist, min jistaqsi għal pjan u min jistaqsi fuq l-istatistika? Jew min jaħbi l-mudell li qed jimxi fuqu imbagħad ikollu l-barranin jorqdu barra, ikollu jgħixu 12 jew 15-il persuna f’appartament jew saħansitra fl-iziezet u l-istalel.
Min ma jarax li l-barranin li qed jaħdmu Malta jgħixu u jaħdmu fid-dinjità li jixirqilhom ikun tassew jistħoqlu dawn it-tip ta’ tabelli u mhux min jistaqsi fuq kemm tassew qed ngħixu fl-aqwa żmien meta jkollna dawn it-tip ta’ realtajiet f’pajjiżna. L-ebda kampanji ta’ reklamar u PR m’huma se jżommuna u jwaqqfuna milli nirrimarkaw fuq is-sitwazzjoni reali ta’ pajjiżna u fuq ir-realtajiet soċjali u ekonomiċi li jolqtu lill-familji Maltin u Għawdxin individwalment.
Se nirreferi għal settur li żgur li l-ebda Gvern ma jiddejjaq isemmieh għaliex huwa l-mutur tat-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna, id-driving force tal-ekonomija tagħna; propju dak tal-intrapriżi żgħar u medji.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-irwol tal-Gvern fl-ekonomija qiegħed tiżdied u mhux jonqos speċjalment f’termini ta’ impjieg u dan juru ukoll ċar skont ċifri uffiċjali tal-NSO. Il-kompetitittività internazzjonali tibqa’ dipendenti fuq il-framework fiskali, il-corporate taxation u allura kull tibdil fuq livell ta’ EU jista’ jipperikola setturi tant u tant importanti bħas-settur finanzjarju u l-gaming. Għalhekk anke f’dawn is-setturi għadna dipendenza diretta fuq ir-reputazzjoni tal-pajjiż.
Il-boom fir-real estate huwa ibbażat fuq it-tkabbir fil-popolazzjoni u l-prezz għoli tal-kirjiet fil-propjetà li rreferejt għalih aktar kmieni fid-diskors tal-finanzi qiegħed ikun ta’ ostaklu biex kumpaniji internazzjonali jirrelokaw u jespandu lejn pajjiżna. It-itjib fl-infrastruttura mhux qed iżomm il-pass mat-tkabbir fil-popolazzjoni u għalhekk hu meħtieġ masterplan imminenti fl-infrastruttura.
Brexit tippreżenta opportunitajiet u sfidi għal Malta, speċjalment ttellef il-bargaining power ta’ pajjiżna fuq livell ta’ EU. Il-possibilità ta’ financial meltdown qiegħed jissemma fil-media internazzjonali, l-aktar xprunata minn sfidi ekonomiċi fiċ-Ċina, livelli għolja ta’ dejn f’pajjiżi fiż-żona Ewro u n-nuqqas ta’ progress irrapurtat mill-banek biex jieħdu riformi neċessarji, sostniet Kristy Debono.
//= $special ?>