Jekk il-Gvern Laburista mhux se jammetti li għandna problema tal-faqar, u minflok jinfexx jgħajjar lill-Oppożizzjoni, allura żgur li l-problema mhux se jsolviha.
Iddikjara dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, waqt intervista fil-programm NetLive, fejn mill-ġdid tenna li kulħadd għandu dritt għal ħajja diċenti.
Iddikjara li mhux uman li f’pajjiżna jkollok imqar persuna bla saqaf fuq rasha aħseb u ara 3,200 persuna fil-lista jistennew post tal-housing.
Adrian Delia esprima thassib dwar id-dikjarazzjoni tal-mexxej Laburista Joseph Muscat li kważi ftaħar li għalqu mal-4,000 kumpanija taħt dan il-Gvern.
Fost oħrajn fakkar li dan ma jinkludix ukoll eluf li waqfu minn xogħol li l-Gvern ma jinteressahx minnu, foshom il-biedja … settur fejn il-Partit Laburista stess qal li ma jikkontribwixxix wisq għall-ekonomija.
Tkellem ukoll dwar l-ugwaljanza, hekk kif fil-budget ġew injorati anke in-nisa, b’Adrian Delia jistaqsi kif il-ħaddiema nisa jistgħu javvanzaw fid-dinja tax-xogħol jew imqar jiġu offruti tama li jagħmlu dan jekk il-budget injorahom.
U wara li uffiċjali qrib il-Prim Ministru… u skandlu wara skandlu ta’ Gvern Laburista …ħammgu isem pajjiżna, il-budget tal-Gvern injora wkoll din il-problema. Wissa’ li l-konsegwenzi ta’ dan se jsofruhom fuq kollox il-ħaddiema.
Għall-kuntrarju l-Partit Nazzjonalista anke mill-Oppozizzjoni ppreżenta numru ta’ dokumenti bi proposti serji.
//= $special ?>