Sport Sport Ieħor

Kurt Camilleri jirbaħ il-ħames rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb

Kurt Camilleri għamel l-aħjar ħin fil-ħames rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb organizzat mill-Island Car Club. Dan ir-rawnd sar fit-telgħa ta’ Dawret il-Mellieħa magħrufa aktar mad-dilettanti bħala Ta’ Pennellu.

Camilleri għamel kellu l-aħjar prestazzjoni f’ħin ta’ 44.780 sekonda u għall-ewwel darba rnexxielu jirbaħ rawnd ta’ kampjonat tal-Hillclimb. Dan ir-riżultat isegwi dak miksub ftit ġimgħat ilu meta kiseb il-podju fil-Hillclimb Masters f’Gubbio fl-Italja.

Aktar minn ħamsin karozza ħadu sehem f’diversi gruppi u klassijiet differenti. Ir-rawnd li jmiss se jsir il-Ħadd 11 ta’ Novembru fit-telgħa tal-Ġnejna.

Ir-rebbieħa kollha

Grupp 2

It-Tieni Klassi      Mario Galea

It-Tielet Klassi      Charlie Cutajar

Ir-Raba’ Klassi     Renato Farrugia

Il-Ħames Klassi    Chris Aquilina

Grupp 3

It-Tieni Klassi      Noel Galea

It-Tielet Klassi      Johann Spiteri

Ir-Raba’ Klassi     Warren Sammut

Il-Ħames Klassi    Steve Baldacchino

Grupp 4

It-Tielet Klassi      Joseph Cutajar

Grupp 5

L-Ewwel Klassi    Matthew Gatt

It-Tieni Klassi      Domenic Zammit

It-Tielet Klassi      Keith Camilleri

Ir-Raba’ Klassi     Kurt Camilleri

Grupp 6

L-Ewwel Klassi    Kenneth Camilleri

It-Tielet Klassi      Fabio Baldacchino

Ir-Raba’ Klassi     Darren Camilleri

 

Klassi Guest          Peter De Giorgio

Klassi Autocross  Andrea Scicluna