Ix-xena tax-xemx nieżla illejla kienet waħda impressjonanti.
Dan ir-ritratt, meħud minn Tal-Pietà, juri x-xemx nieżla fuq il-Ħamrun, fuq iż-żewġ parroċċi Ħamruniżi, bil-Knisja ta’ San Gejtanu, kif ukoll il-Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni fl-isfond.
Il-Malti jgħid “Ħmura ta’ filgħaxija, lesti ż-żwiemel għat-tiġrija”. Iżda jista’ jagħti l-każ li dan il-qawl Malti mhux se jirnexxi wisq għal għada. Dan għaliex l-24 siegħa li ġejjin qed jindikaw li ġejja aktar xita, u żgur mhux se jkollna temp bnazzi biex “jinħarġu ż-żwiemel għat-tiġrija”.
It-tbassir għall-Ġimgħa hu 30 fil-mija ċans li jkollna xita.
//= $special ?>