Problemi fis-sistema kompjuterizzata tal-Isptar Mater Dei wasslet biex għall-aħħar sigħat kien hemm diversi proċessi bħala parti mill-ħidma tal-isptar li ma setgħux isiru.
Net News jinsab infurmat li l-problemi ilhom jippersisti sa mis-14:00 u s-sistema s’issa għadha mhix taħdem kif suppost. Dan wassal biex numru ta’ testijiet tad-demm li ttieħdu mal-ġurnata ma setgħux jiġu proċessati.
Il-problema jidher li laqtet l-iktar propju l-Laboratorji, fejn mhux possibbli li jiġu reġistrati r-riżultati tas-samples tad-demm, jiġu aċċettati, proċessati jew inkella li jinħarġu r-riżultati.
//= $special ?>