Il-proġett tad-Demmiela fil-Munxar mhux se jsir wara li l-Ħamis m’għaddiex vot li ttieħed quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar.
Kif imwiegħed, il-Partit Nazzjonalista qabeż għar-residenti, li kienu nkwetati b’dan l-izvilupp. Filfatt, ir-rappreżentanta tal-Partit Nazzjonalista Marthese Portelli vvotat kontra.
Għad-diskussjoni waqt din il-laqgħa, ir-rapprezentant tal-Partit Laburista ma kienx preżenti izda wasal biss ftit minuti qabel biex jivvota.
Il-kelliem għal Għawdex Chris Said attenda għas-seduta wara li kienu ilu xhur jiddefendi l-interessi tar-residenti.
Il-Partit Nazzjonalista dejjem kien kontra dan l-impjant tal-ipproċessar tal-ħmieġ tal-annimali fil-Munxar. Dan ghaliex kien se jħalli impatt negattiv kemm fuq is-saħħa tan-nies, fuq il-lokalità u l-komunità tal-futur. Dan apparti ammont sostanzjali ta’ vetturi li jġorru dan il-ħmieġ, li se jgħaddu miċ-ċentru tal-lokalità u jħallu l-irwejjaħ, b’detriment għar-residenti u b’żieda fil-problema tat-traffiku.
Madankollu l-Partit Nazzjonalista mhux kontra li jsir l-iżvilupp ta’ impjant bħal dan, iżda dan għandu jsir f’post alternattiv li ma jkunx qrib fejn jgħixu n-nies.
Vitali wkoll il-pressjoni tal-kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista fil-Munxar
Sadattant il-Kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista tal-Munxar Damien Spiteri u Paul Curmi laqgħu b’sodisfazzjon r-riżultat tal-votazzjoni li ttieħdet aktar kmieni llum fl-Awtorità tal-Ippjanar dwar id-demmiela, li kienet proposta għall-Munxar.
Il-vot kontra dan il-permess salva r-rovina ta’ dan ir-raħal u għalhekk il-Kunsillieri Nazzjonalisti huma kburin li l-ħidma u l-pressjoni tagħhom tat il-frott mixtieq. Huma rrimarkaw li meta fil-bidunett ta’ din il-kwistjoni kienu bdew jitkellmu fuq dan il-permess u dak propost, kienu ħafna inkluż l-awtoritajiet li ma tawx każhom jew ippruvaw jimminimizzaw l-importanza tas-suġġett.
Il-Kunsillieri Nazzjonalisti tal-Munxar isostnu li l-argumenti tagħhom kontra d-demmiela kienu msejsa biss fuq il-karbiet tar-residenti tal-lokal u dan il-fatt wassal sabiex il-Munxar spiċċa b’vuċi waħda fuq din il-kwistjoni.
Il-Kunsillieri Nazzjonalisti jinsabu sodisfatti immens li minkejja li fil-Kunsill Lokali qegħdin f’minoranza kienu strumentali sabiex il-Munxar jibqa’ mal-Munxarin. Huma jirringrazzjaw lil dawk kollha li ħadmu spalla ma’ spalla magħhom fuq din il-kwistjoni.
Il-Kunsillieri Lokali Nazzjonalisti jixtiequ jirringrazzjaw ukoll lil diversi residenti u lid-Deputat Chris Said li dalgħodu attendew għas-smigħ tal-applikazzjoni kif ukoll lill-membri tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar li ġabu argumenti kontra din l-applikazzjoni u eventwalment ivvutaw kontra inkluż, ir-rappreżentant tal-Oppożizzjoni fuq dan il-bord id-Deputat Marthese Portelli.
//= $special ?>