Lokali

Tisfronda parti mit-triq kontroversjali f’Wied Qirda

It-triq kontroversjali f’Wied Qirda tinsab mill-ġdid fl-aħbarijiet. Dan wara li parti minn din it-triq sfrondat.

Jidher li minħabba l-maltemp li kellna din il-ġimgħa, it-triq (li kienet mibnija fuq wiċċ dgħajjef ħafna) spiċċat sfrondat. B’konsegwenza li sa dalgħodu t-triq tal-wied kienet ta’ inkonvenjent kbir għal dawk kollha li jiffrekwentaw dawn l-akkwati, jew għandhom l-għelieqi fl-inħawi.