Dan ir-ritratt juri l-istat li tinsab fih Triq il-Wied f’Ħal Balzan.
Ix-xogħol fuq din it-triq kellu jitlesta f’Settembru li għadda, eżatt qabel tibda l-iskola.
Kollox iżda jindika li t-triq għadha lura ħafna, tant illi l-iskola bdiet, ix-xogħol għadu għaddej, u l-inkonvenjent kompla jikber.
Residenti li kellmuna qalulna li din l-inkompetenza turi nuqqas kbir ta’ pjanar. “Dawn huma biss skużi”, qalulna r-residenti.
Is-sitwazzjoni qed taffetwa wkoll numru kbir ta’ negozji f’Ħal Balzan.
//= $special ?>