Internazzjonali

Twelid inkwetanti f’reġjuni Franċiżi

Infetħet investigazzjoni nazzjonali wara li numru ta’ trabi twieldu mingħajr idejn jew riġlejn fi tliet reġjuni Franċiżi. Dwar dan saret investiagzzjoni, li issa għalqet mingħajr riżultat. U minn dakinhar feġġew 11-il każ ieħor ta’ trabi li twieldu b’dan il-mod. Il-każijiet huma kkonċentrati fir-reġjuni ta’ Ain fil-Lvant ta’ Franza u f’reġjuni oħrajn ġirien tal-Britannja u Loire-Atlantique. Il-każi kollha f’Ain jinsabu madwar ir-raħal ta’ Druillat. dan kollu wassal għal spekulazzjoni li l-kawża tista’ tkun l-insettiċidju li qed jintuża fl-inħawi.