F’dawn is-sigħat hawn f’pajjiżna delegazzjoni li fost oħrajn tinkludi lill-eks plejer internazzjonali ta’ Franza u Juventus David Trezeguet kif ukoll diriġent li jaħdem fid-dipartiment tal-marketing ta’ Juventus.
Iż-żjara ta’ din id-delegazzjoni hi waħda kummerċjali, anke għaliex Trezeguet qed jakkumpanja uffiċjali ta’ kumpanija internazzjonali ta’ prodotti tal-wiċċ tal-irġiel u li tagħha hu ambaxxatur.
Net News kiseb ukoll ritratt esklussiv tal-wasla f’Malta ta’ wieħed mill-uffiċjali ta’ din il-kumpanija. Jistennieh fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kien hemm id-Direttur Tekniku ġdid ta’ Valletta Football Club, hekk kif ninsabu nfurmati li f’dawn is-sigħat hemm skedata wkoll laqgħa mal-klabb Belti.
//= $special ?>