Lokali Parlament

Il-gvern għandu jikkonuslta iktar dwar il-politika barranija

– Carm Mifsd Bonnici, PN

Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal li l-Gvrn għandu jikkonsulta iktar mal-Oppożizzjoni dwar il-politika barranija.

Fil-parlament Carm Mifsud Bonnici qal li l-Oppożizzjoni insistiet għal diskussjoni dwar l-aspetti varji tiegħu li m’humiex ikunu analizzati sew. Ir-reputazzjoni internazzjonali ta’ Malta hi vitali għal Malta, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-unur u l-valur ta’ Malta jridu protetti, spjegati u difiżi tajjeb.

L-interess nazzjonali jesiġi li dan isir u jsir tajjeb. L-Oppożizzjoni hi attenta biex tul dawn is-snin ma jkunx hemm nuqqas ta’ qbil jew polemiċi pubbliċi fuq is-settur tal-affarijiet barranin aktar u aktar meta jkun ikkunsidrat li l-kwistjoni UE illum hi sorpassata. Illum hawn qbil li l-politika barranija trid timxi fuq binarji Ewropej.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Gvern għandu jikkonsulta lill-Oppożizzjoni ferm iktar u qal li l-Oppożizzjoni għandha sehem determinati biex ikunu iffurmati l-opinonijiet li l-pajjiż għandu jieħu. Il-pajjiż għandu bżonn iktar għaqda biex il-profil tal-pajjiż jgħola iktar milli hu llum.

Carm Mifsud Bonnici kompla li fid-diskors tal-budget il-gvern kellu jiffoka fuq l-affarijiet barranin, għax inbidel il-portafoll tiegħu u għax id-diskors tal-budget għandu jinkludi strateġija għaqlija u intelliġenti dwar dak li kellu jsir. Hu tal-mistħija li din il-politika mhix inkluża u injorata u abbandunata fid-diskors tal-Ministru tal-Finanzi.

Carm Mifsud Bonnici kompla li hemm ferm iktar diskors li jrid isir u fil-fond u sostna li l-politika barranija għandha tkun spjegata sew għaliex ikunu ttieħdu ċertu deċiżjonijiet. L-Oppożizzjoni se tibqa’ determinata li jsiru d-diskussjonijiet meħtieġa u ma jkunx hemm iktar viżjoni ta’ ostilità.

L-aktar kumitat li qed jiddiskuti l-politika barranija hu dak tal-iskrutinju li ġie fis-seħħ. L-Oppożizzjoni insistiet li ambaxxaturi ġodda minn barra s-servizz ikunu skrutinizzati; din qed tagħmel il-ġid. Hu żball li l-gvern jiġi b’nomini li huma inaċċettabbli għall-Oppożizzjoni. Għandu jkun hemm konverġenza fuq kull nomina.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-pajjiż m’għandux bżonn il-kritika li l-Kumitat ta’ Skrutinju ma jafx jagħmel l-iskrutinju. Dan jista’ jsir b’mod ħafna aħjar milli qed isir, sostna Carm Mifsud Bonnici, li staqsa kemm mill-persuni li kienu skrutinizzati llum ippreżentaw il-kredenzjali tagħhom u bdew il-ħidma tagħhom bħala ambaxxaturi. Jidher li ma tantx hemm li bdew.

Carm Mifsud Bonnici sellem lill-ambaxxtauri li servew lil Malta fit-tul u li kienu nieqsa. Il-politika barranija titħaddem mill-ambaxxaturi, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li fl-1987 reġa’ bena l-korp diplomatiku. Il-ħidma kienet iffukata fuq il-kontinwazzjoni u l-istabbiltà fuq il-post tax-xogħol. L-Oppożizzjoni hi mħassba kif ambaxxaturi tal-karriera ċċaqilqu.

Dan sar għall-interess politiku u mhux fl-interess nazzjonali. Dawn huma oersuni li għandhom bżonn responsabbiltà u kapaċità biex jidħlu b’sehem attiv fil-politika barranija. L-Oppożizzjoni għandha tkun konsulata wkoll fuq tibdiliet minn ambaxxata għall-oħra.

Carm Mifsud Bonnici qal li hemm bżonn imbuttar u direzzjoni f’diversi ambaxxati Maltin u sostna li hemm bżonn strateġija kif se titwaqqaf biex tkun responsabbli għall-propjetà tal-Gvern Malti barra l-pajjiż. L-Oppożizzjoni temmen fi struttura biex l-ambaxxati jkunu iktar motivati u b’direzzjoni ċara. Hemm bżonn miri u linja ċara fil-kummerċ internazzjonali li għadu ma qabadx biżżejjed. Hu qal li hemm diffikultajiet varji f’diversi ambaxxati li jridu jkunu sostnuti sew.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-High Commission fil-Ghana u ambaxxata l-Ġappun u qal li l-Oppożizzjoni taqbel iżda tistaqsi x’sar minnu l-pjan għal ambaxxata l-Brażil. Hu tkellem dwar il-konsli u qal li din il-ħidma għandha tkun koordinata.

Dwar Trade Malta, id-deputat Nazzjonalista qal li l-ivvjaġġar f’diversi pajjiżi huma tajbin iżda hemm bżonn strateġija. Jeħtieġ rapport tajjeb u aqwa ma’ diversi pajjiżi, fosthom it-Tuneżija, l-Alġerija u l-Marokk. Hu kompla li jeħtieġ ikun hemm analiżi dwar dak li twettaq. Il-poplu hu xettiku u mhux konvint għalhekk hemm bżonn iktar riżultati konkreti. Trade Malta trid tagħraf iktar sehema fl-istrateġija ta’ Malta. Hu staqsa x’qed jiġri fil-fondi strutturali li Trade Malta għandha strutturata għalihom.

L-Oppożizzjoni hi inkwetata ħafna dwar ir-relazzjonijiet mal-Italja, sostna Carm Mifsud Bonnici, li kompla li hu żball li ma jsirux l-isforzi bejn iż-żewġ pajjiżi tajbin ħafna. Qatt ma konna f’pożizzjoni fejn il-pajjiżi ma jkunux magħquda. Il-pajjiż qed jinqata’ minn pajjiżi oħra. Ir-relazzjonijiet mal-Libja koll qed jinqatgħu. Nifhmu li hemm bżonn iktar paċi stabbiltà flimkien ma’ rikonoxximent tar-realtà li nbniet.

Carm Mifsud Bonnici kompla li l-Oppożizzjoni tifhem li l-ministru joħroġ stqarrija dwar il-konferenza ta’ Palermo iż kienet tippretendi ferm iktar. Hu kompla li -Libja hi pajjiż importanit u pajjiż sinjur u Malta għandha tibqa’ għad-dispożizjzoni tal-partijiet. Il-Gvern hu maqtugħ u din hi pożizjzoni gravi ħafna.