– Beppe Fenech Adami, PN
Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li l-Gvern qed jinsa l-ġlieda kontra l-kriminalità b’konsegwenzi negattiv fuq is-soċjetà u l-pajjiż kollu.
Fil-parlament Beppe Fenech Adami qal li l-budget ma jipprovdix pjan u viżjoni fl-intern u s-sigurtà nazzjonali għaliex dan hu budget li ma joffri ebda direzzjoni u viżjoni għall-pulizija, għall-gwardjani tal-ħabs, għall-ħabsijiet u għall-FGAM, għall-Protezzjoni Ċivili waqt li jinsa s-sigrutrà tal-pajjiż. Dan hu Budget li jinsa l-ġlieda kontra l-kriminalità u jinsa lin-nies normali li jħabbtu wiċċhom ma’ kriminalità elaborata u effiċjenti.
Hu sellem lill-pulizija li jwettqu xogħlhom bi professjonali u rringrazzjahom għax-xogħol li jagħmlu għall-ġustizzja. Beppe Fenech Adami sellem lill-unions tal-pulizija u semma l-ftehim settorjali li kien iffirmat għall-pulizija. Kien bl-insistenza tagħhom li dan il-ftehim kien iffirmat u l-gvern ċeda biex intalaħaq ftehim u tjiebu l-kundizzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija.
Wasal iż-żmien li l-pulizija jibdew jaħdmu ġimgħa ta’ 40 siegħa, liema proposta kienet tal-PN fl-aħħar programm elettorali. Meta saret din il-proposta kien hemm min iddieħak bil-PN u qalu li dan ma setax isir. Il-PN japprova wkoll iż-żieda fil-pagi wara tant tkaxkir tas-saqajn il-gvern issa aċċetta li titjieb il-paga tal-ħaddiema. Kien il-PN il-pijunier li tul 25 sena fil-gvern ta lura d-dinjità lill-pulizija u tejbilhom il-kundizzjonijiet fosthom id-dritt tal-pensjoni wara 25 sena servizz.
Fil-pulizija għad hawn problemi kbar u fil-pajjiż għad hawn realtà ta’ kriminalità organizzata li qed theżżeż lis-soċjetà u tbeżżagħhom. Din hi kriminalità li tħalli l-vittmi. F’diversi żoni s-sitwazzjoni ħarbet minn taħt idejn il-gvern fosthom hemm San Pawl il-Baħar, il-Belt, il-mara u postijiet oħra. Fl-2017 kien hemm żieda fis-serq mid-djar privati, mil-lukandi, ħwienet u fil-bajjiet. L-istatistika għall-2017 kienu rapportati 17,136 reat kriminali; 47 reat kuljum; li jammontaw għal żewġ reati fis-siegħa. Dawn huma ċifri allarmanti għal pajjiż żgħir bħal Malta. Il-Ministru hu obbligat li jgħid x’inhi l-viżjoni tal-gvern quddiem il-kriminalita.
L-Opppożizzjoni tinsab fuq in-naħa tal-pulizija. Il-budget lanqas biss jirrikonoxxi l-problema tal-kriminalità partikolarment dik organizzata. Il-Gvern m’għandux idea dwar x’għandu jagħmel biex jiġġieled il-kriminalità. L-uniku proposta tal-gvern hi li se jintroduċi l-kunċett ta’ safe cities billi jinstalla’ l-cameras f’Paceville u aktar tard forsi fil-Marsa. L-Oppożizzjoni għandha riżervi kbar dwar din l-idea li l-gvern qed josserva u jrid ikun assigrurazzjoni li din ma tiksirrx id-drittijiet tal-persuni. Hu qal li l-gvren qata’ qalbu li jpoġġi iktrar pulizija fit-toroq u jrid biss iwaħħal il-cameras.
Il-PN jemmen f’korp tal-puliizja vviiċn in-nies b’għases miftuħa u attrezzati bl-aqwa tagħmir u pulizija. F’Għawdex, minn 16-il gaħssa jew 12 magħluqa. Dan hu gvern li abbanduna lil Għawdex fejn hemm problem akbar ta’ traffikar ta’ dorga bil-kriminali joperaw kif iridu għaliex il-pulizija huma assenti. Din il-problema tinsab f’Malta wkoll. L-għases magħluqa huma ċeritikfat tal-falliment tal-gvern fis-sigurtà. Il-pajjiż qed jiffaċċja kriminalità li toqtol u theżżeż is-sigurtà tal-pajjiż.
Hu semma’ lil Daphne Caruana Galizia u qal li l-pajjiż ma pproteġihiex wara li din kienet qed tirfes il-kallijiet ta’ ħafna. Minħabba li ma kienx hemm din il-protezzjoni din inqatlet. Hu sellem lil Daphne Caruana Galizia li ma beżgħetx u nqatlet għax kienet kuraġġjuża. Hu appella biex dan il-każ jissolva u ssir inkjesta mill-parlament biex ikun stabbilit jekk dan il-qtil setax ikun evitat. Hu kompla li l-pajjiż qed jiffaċċja l-ikbar kriżi fit-traffikar tad-droga. Il-pajjiż hu mifqugħ mid-droga u sar il-maħżen tad-droga fejn jinżammu t-tunnellati ta’ droga bi traffikar qawwi.
Jirriżulta li fl-2017, 57% tal-każi kienu frodi waqt li 7% tal-każi tal-vjolenza domestika. Sa Awissu 2018 kien hemm 888 każ ta’ vjolenza domestika waqt li fl-2017 kien hemm 85 attakk fuq il-pulizija, Fl-2018 kien hemm 4579 serqa; 18-il srqa kuljum. Seħħu 37 attakki fit-triq, 78 snatch and grab, 871 każ ta’ pick-pocketing, 112 serqa minn fuq bajjiet, 649 srqa minn San Ġiljan, 427 serqa min San Pawl il-Baħar, 315 serqa minn Buġibba, 37 serqa minn Tas-Sliema, 182 serqa minn Brkirkara u 170 serqa minn Ħal Qormi. Fil-pajjiż saru 34 omiċidju li nofshom mux solvuti.
Fil-budget m’hemm xejn dwar kif se niġġieldu il-problema tad-droga anzi l-gvern jaħseb biex jillegalizza ċertu droga għad-divertiment. Hu appella lill-gvern biex ma jappoġġjax il-messaġġ li biex persuna tieħu gost trid tittieħed id-droga. Tkunux intom li twasslu għall-qirda ta’ uliedna, sostna Beppe Fenech Adami, li spjega kif fi Frar inqabdu 150 kilo droga, f’Lulju inqabdu 200 kilo, f’Settembru inqabdu 10 tunnellati u f’Ottubru inqabdu 550 kilo droga.
Hu sellem lill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivli għax-xogħol li jwettqu u appella biex isir pjan ħolistiku għal dan is-settur. Dwar il-gwardjani tal-ħabs, Beppe Fenech Adami qal li dawn jitħoqilhohm titjib fil-kundizzjonijiet tagħhom. Hu qal li l-ħabs għandu jibqa’ l-post ta’ riabilitazzjoni. Wieħed minn kull seba’ priġunieri hu riċediv, 14% fil-mija kienu diġà fil-ħabs; din hi l-ogħla rata fl-aħħar snin.
Dan hu ħabs li ma evolviex fejn għad hemm problema ta’ droga fejn 30% jinsabu hemm bla kundanna tal-qorti jistennew li jinqata’ l-każ tagħhom. Dan jirrifletti ħażin fuq is-sistema tal-pajjiż. Hu sellem lill-FAM li jħabbtu wiċċhom ma’ persuni li jkunu salvati minn fuq il-faqar. Fil-bugdet dawn ma jissolvewx u m’hemm l-ebda proposta għal din is-settur.
Il-PN hu kommess li jindirizza l-inġustizzji kollha li saru fil-konfront ta’ min twarrab u tingħata l-ġenb għax ma kinx tal-qalba. Dan hu budget ta’ gvern li ħejja u qed jipperikola s-sigurtà tal-pajjiż.
//= $special ?>