Lokali Qorti Unjoni Ewropea

IL-KAŻ TAŻ-ŻJARAT FI BRUSSELL: Kenneth de Martino liberat mill-akkużi ta’ frodi

Jirbaħ l-appell li sar mill-Avukat Ġenerali

Id-direttur ta’ KD Travel Kanneth De Martino ġie liberat mill-akkużi ta’ falsifikazzjoni ta’ dokumenti u kompliċi fi frodi f’każ illi allegatament seħħ fl-2010. Hu kien akkużat ukoll li għamel qliegħ ta’ aktar minn €2,000 għad-dannu tal-Kummissjoni Ewropea u l-Gvern Malti.

Il-każ hu dwar rapport tal-OLAF li analizza r-refunds illi inħarġu fuq biljetti tal-ajru li inxtraw mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali biex membri tal-AKL jattendu l-laqgħat tal-Kumitat tar-Reġjuni li jsiru fi Brussell.

Mill-proċeduri fil-Qorti ħareġ ċar illi l-persuni li kienu jixtru flights għal Bussell mingħand De Martino, kienu jippreżentaw lill-Kummissjoni Ewropea l-quotation tal-biljetti u mhux kemm effettivament ħallsu. Intqal illi din kienet għażla tal-individwu, u De Martino ma kellux kontroll fuq dan.

Dawn l-allegazzjonijiet kienu diġa’ ġew miċħuda mill-ewwel Qorti.

L-appell tal-Avukat Ġenerali ġie miċħud, b’De Martino jiġi liberat.

Għal De Martino deher l-avukat Joe Giglio.