– Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius
Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius qal li l-poplu qed jinsteraq bil-kbir fil-kontijiet tal-ARMS u sostna li Gvern Nazzjonalista jagħti lura dawn il-flus lill-poplu.
Fil-parlament Davud Agius tkellem dwar il-pjan futur dwar l-enerġija rinovabbli u t-tnaqqis tal-emissjonijiet. Hu qal li l-Oppożizzjoni qed titlob biex isir dibattitu dwar dan is-suġġett ta’ importanza nazzjonali. Kopja ta’ dan il-pjan għandu jingħata lill-parlament. L-Oppożizzjoni lesta taħdem flimkien mal-gvern iżda jrid ikun hemm azzjoni konkreta min-naħa tal-gvern. Hu sostna li hemm hemm tnaqqis ta’ 40% fil-Pjan tal-Enerġija li għandu jkun konformi mal-miri Ewropej. Il-gvern ivvota biss €40,000 għar-restawr tal-bjar.
Il-Viċi-Kap tal-PN kompla li l-piżijiet fuq l-industrija għandhom jonqsu waqt li l-prezzijiet fil-pajjiż żdiedu b’7%. Hu qal li f’Settembru 2014 kien rapport li hemm skorrettezzi fil-kontijiet tal-ARMS fejn kien rapportat li qed ikun hemm illegalitajiet kif isiru l-kontijiet. Hu qal li l-Prim Ministru għadu m’għamel xejn dwar din is-sitwazzjoni iżda issa qal li se jirranġa din is-sitwazzjoni s-sena d-dieħla.
David Agius qal li dan se jsir għax s-sena d-dieħla se jsiru l-elezzjonijiet . Hu qal li għandi 1060 kont tad-dawl u l-ilma ta’ nies fosthom kont ta’ €3700 u kont żbaljat ta’€600 iżda l-ARMS qed tibqa’ ssostni li m’hemmx żbalji. Il-benefiċċji tal-enerġija mhux jingħata, sostna David Agius, li ġab provi ta’ kont ta’ armla li ikienet milquta minn din is-sitwazzjoni. Hu staqas min hu l-Kap Eżekuttiv tal-ARMS bħalissa u semma’ każ ta’ konusmatur li mar il-qorti fejn mix-xhieda rriżultat lis aret laqgħat mal-Kap Eżekuttiv tal-ARMS fejn intqal ‘ara kemm tridu flus biex din il-kawża naqtgħulha rasha’ biex jissolva każ ta’ kontijiet ogħla. David Agius insista li tittieħed azzjoni fuq dan il-każ.
Il-Viċi-Kap tal-PN kompla li l-Gvern għandu jagħti l-flus misruqa lill-konsumaturi u jekk dan ma jsirx Gvern Nazzjonalista jordd lura dan il-flus. Hu kmpla li s-serq qed isir fit-tariffa u fil-mod kif qed titħaddem. Meta ma jintużax l-ammonti kollha, dawn jintilfu u l-ħlas isir b’rata ogħlja.
David Agius staqsa fejn qed imorru l-flus li qed tiġbor l-ARMS u tratta l-iskandlu ta’ SOCAR. Hu semma l-każi ta’ korruzzjoni u l-kumpaniji involuta fejn irriżulta ċar li 200,000 dollaru kien trasferiti f’17 Black minn kumpanija ta’ aġent Malti li jissuplixxi l-gass LNG fil-power station il-ġdida. Kienu trasferiti 1.2 miljun dollari f’17 Black. Hemm persuni viċin il-PL involuti f’dawn il-kumpaniji iżda l-gvern jibqa’ sieket u ma jagħti l-ebda tweġiba. Din hi korruzzjoni mħallsa mill-kontijiet tal-poplu Malti u Għawdxi.
David Agius kompla li dawn il-persuni kienu se jibbenefikaw għal sitt snin sħaħ minn dawn il-flus deħlin fil-kumpaniji. Għalhkek il-gvern qed joħodha bil-mod għall-pipeline bejn Malta u Sqallija biex nies viċin il-PL jibqagħu idaħħlu l-flus forsi xi election grant ( egrant). Il-PL qatt ma ċaħad li Egrant hi tiegħu.
Dwar l-ilma, David Agius enfażizza l-importanza li jkun kontrollat il-ħela tal-ilma u staqsa kif mhux jittieħdu passi dwar kontijiet li qed kunu zero. Hu appella lill-Gvern biex ma jibqax jitratta lin-nies b’mod skorrett minħabba li qed jilmentaw.
Hu tkellem dwar it-toroq u staqsa jekk hux qed jinbidlu s-servizzi meta jsiru x-xogħlijiet fit-toroq. Hu staqsa jekk iż-żieda ħaduhiex biss it-top management. Dwar l-apprentisti, David Agius qal li jekk mhux se jsir taħriġ lill-ħaddiema mhux se jkun hemm ħaddiema biżżejjed.
David Agius appella biex l-ilma tal-pjan ikun imħares.
//= $special ?>