Lokali Parlament

Il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia hu ikbar minn Daphne

– Simon Busuttil, PN

Id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil sostna fil-parlamnet li l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia hu ikbar mill-istess Daphne Cruaan Galizia u l-kitbiet tagħha.

Simon Busuttil qal li f’pajjiżi demorkatiċi fejn inqatlet ġurnalista kien hemm konsegwenzi iżda f’Malta ma seħħ xejn. Hu enfżaizza r-resposabbiltà li għandha tintrefa’. Dan hu gvern li hu skomdu quddiem il-verità u għandu jerfa’ responsabbiltà. Il-gvern irid jibgħat messaġġ li jird iwassal għall-ġustizzja iżda dan mhux jitwettaq.

Hu tkellem dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galiza u kkritika l-ħarta tal-Assistent Kummissarju Valletta biex imexxxi l-investigazzjonijiet meta dan hu miżżewweġ ministru tal-Gvern. Il-familja Caruana Galizia kellha tmur fil-Qorti Kostituzzjonali biex ikun deċiż li din il-persuna ma kellhiex tkun involuta fl-investigazzjoni.

Simon Busuttil qal li ħafna nies għandhom suspetti fuq l-investigazzjonijiet u l-mod kif saru l-affarijiet. In-nies iridu jkunu jafu min qabbad lill-akkużati li allegatament qatluha. Dawn it-tliet persuni inqabdu għaliex l-FBI għandhom tekonoloġija li jsiru jafu fejn ikunu ċertu mobiles. Hu qal li din it-teknoloġija għandha twassal biex jinqabad min qabbahdom.

Hu qal li hemm persuni li raw lil Chris Cardona jkellem wieħed mill-akkużati u kompla li allaħares hemm ministru tal-gvern involut iżda l-gvern għandu jispjega u jkun ċar dwar dawn l-akkużi. L-attitudni tal-Gvern tqajjem suspetti kbar dwar kif qed isiru l-affarijiet. Il-Gvern ta promozzjoni lill-Maġistrat Tony Vella meta dan kien il-maġistrat kien qed jinvestiga l-qtil. Dan hu messaġġ li l-gvern irid jiddisturba l-investigazzjonijiet.

Simon Busuttil ikkundanna l-attakki ta’ Tony Zarb fil-konfront ta’ Daphne Caruana Galiza u l-mod kif qed jitneħħew il-fjuri mal-monument fil-Belt u l-attakki fil-media soċjali Il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia hu akbar minn Daphne u għalhekk il-klima ta’ mibgħeda u attakki fuqha wara mewtha huma kundannabbli. Il-gvern irid inessi l-qtil ta’ Daphne u għandu nuqqas kbir ta’ rispett lejn persuna maqtula. Il-gvern ma jridx li naslu għall-verita u l-ġustizzja fil-qtil ta’ Daphne.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ r-rapporti tal-FIAU li ma nkunux investigati mill-pulizija. Hu qal li se jibqa’ jiġġieled il-korruzzzjoni u sostna li jinsab konivnt li l-poplu Malti għad jingħaqad u jħares lura lejn dan iż-żmien bħala żmien ikrah għall-ġustizzja

F’dan il-mument d-Deputat Speaker Claudette Buttigieg intervjeniet u insistiet mad-deputat Labuirsta Clint Camilleri biex jirtira kumment li kien għadda fil-konfront ta’ Simon Busuttil. Clint Camilleri qal li ma jafx għalxiex qed tirreferi d-Deputat Speaker iżda kien lest jitlob skuża anki jekk ma kinx jaf għal xhix qed tirreferi.