Erba’ atleti individwali, żewġ uffiċjali u klabb lokali, kienu uffiċjalment preżentati b’assistenza finanzjarja minn Maltco Lotteries, wara s-suċċess tagħhom aktar kmieni din is-sena fl-Isport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali.
F’din is-serata jiġu onorati l-aqwa atleti u uffiċjali lokali, li jispikkaw kemm fix-xena lokali kif ukoll internazzjonali. Il-preżentazzjoni saret mill-Kap Eżekuttiv ta’ Maltco Lotteries Vasilev Kasiotakis. Hu qal li bħala kumpanija huma kommessi li jassistu lill-isport lokali, u inkoraġġixxa kumpaniji mis-settur privat biex isegwu din l-idea.
Jakkumpanja lill-atleti u l-uffiċjali, kien hemm il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef, li rringrazzja lil Maltco Lotteries u lil Kasiotakis tal-impenn lejn l-organizzazzjoni.
L-edizzjoni li jmiss tal-Isport Malti Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali, se ssir is-Sibt 23 ta’ Frar tal-2019, fejn se jkunu onorati dawk li spikkaw matul din is-sena.
Il-preżentazzjoni mill-Maltco Lotteries saret lil dawn ir-rebbieħa:
Sportiv tas-Sena: Duncan Micallef – Top Fuel Drag racing
Sportiva tas-Sena: Yazmin Zammit Stevens – Weightlifting
Żagħżugħ tas-Sena: Edward Xuereb – Tenpin Bowling
Żagħżugħa tas-Sena: Sara Xuereb – Tenpin Bowling
Uffiċjal tas-Sena: Paul Sultana – President Malta Basketball Association
Kowċ tas-Sena: Angela Adamoli – Tim Nazzjonali tan-nisa tal-Basketball
Tim tas-Sena: San Ġiljan ASC
//= $special ?>