Il-kriżi tal-iskart qed tkompli tigrava hekk kif għal jum ieħor ġew rappurtati problemi kbar f’diversi lokalitajiet fejn ma nġabarx l-iskart kollu, jew inkella tħallew fuq il-bankini għax ma kinitx il-ġurnata tal-borża partikolari.
Fil-Gżira, per eżempju, kien hemm toroq fejn l-iskart tħalla fit-toroq.
F’Ħal Qormi kien hemm nies li waħlulhom l-isticker fuq il-borżal-ħadra (tal-iskart riċiklabbli), meta din sippost kellha tinġabar.
Anke f’Ħaż-Żebbuġ kien hemm sitwazzjonijiet fejn iż-żibel ma nġabarx, kif stqarr fuq Facebook l-eks Sindku Brian Bonnici (ara l-post hawn taħt).

//= $special ?>