Ambjent Lokali

Jum ieħor…aktar problemi

Tħassib dwar x'inhu jsir mill-borża s-sewda

Il-kriżi tal-iskart qed tkompli tigrava hekk kif għal jum ieħor ġew rappurtati problemi kbar f’diversi lokalitajiet fejn ma nġabarx l-iskart kollu, jew inkella tħallew fuq il-bankini għax ma kinitx il-ġurnata tal-borża partikolari.

Fil-Gżira, per eżempju, kien hemm toroq fejn l-iskart tħalla fit-toroq.

F’Ħal Qormi kien hemm nies li waħlulhom l-isticker fuq il-borżal-ħadra (tal-iskart riċiklabbli), meta din sippost kellha tinġabar.

Anke f’Ħaż-Żebbuġ kien hemm sitwazzjonijiet fejn iż-żibel ma nġabarx, kif stqarr fuq Facebook l-eks Sindku Brian Bonnici (ara l-post hawn taħt).

Is-sitwazzjoni f’Raħal Ġdid