– Fredrcik Azzopardi, PN
Id-deputat Nazzjonalista Fredrick Azzopardi qal li Malta mhix tilħaq il-miri stabbiliti mill-UE għall-enerġija sostenibbli.
Fil-parlament Frederick Azzopardi tkellem dwar is-sitwazzjoni f’Għawdex u qal li fl-estimi m’hemmx voti għall-impjant tar-reverse osmosis. Hu qal li dan hu budget nieqes minn pjan fit-tul fejn m’hemm xejn innovattiv u proposti li jirriżultaw minn budgets oħra.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-prezzijiet tad-dawl u l-ilma u qal li l-gvern għandux soluzzjoni fuq is-serq li hu stess qed jagħmel fil-kontijiiet tad-dawl u l-ilma. Hu qal li l-prezz tal-enerġija f’Malta hu s-7 l-ogħla fost it-28 pajjiż tal-UE. Dan meta l-gvern għamel kuntratt biex jixxaħħmu nies viċin il-gvern. Dan kien konfermat minn rapporti tal-FIAU. Dan hu deal korrott li minnu qed ibatu l-konsumaturi Maltin.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li n-nies qed jitilfu l-allokazzjoni ta’ units ta’ tariffi baxxi u qed jispiċċaw iħallsu bl-ogħla. Jirriżulta li 80% qed iħallsu iktar milli suppost. Waqt li f’pajjiżi barranin il-kontijiet roħsu, f’Malta dawn ogħlew b’7%.
Fredrick Azzopardi kompla li ċ-ċifri tal-Europostat ikunu mibgħutin mill-Uffiċċju tal-Istatistika.
Hu tkellem dwar Eko-Għawdex imnedija mill-Gvern Nazzjonalista u sostna li dan qed jirrokkomanda proposti f’oqsma kruċjali fosthom l-enerġija. Fl-aħħar 15-il sena żdied sew l-użu tal-enerġija, fosthom l-enerġija mix-xemx. 55% tal-bini f’Għawdex illum għandhom apparat li jiġġenera l-enerġija.
Jeħtieġ li l-pajjiż ikun proattiv biex jilħaq il-miri għaliex Malta tinsab fil-post ta’ qabel tal-aħħar fl-UE fl-enerġija li tuża bħala pajjiż. Malta tiġġenera 6% meta l-medja hi 17% tal-eneġrija sostenibbli. Sal-2020 Malta trid tilħaq 10%, nofs il-mira tal-UE. Id-deputat Nazzjonalista kompla li din hi ferm ‘il bogħod mill-mira ta’ 30% sas-sens 2027.
//= $special ?>