– Carm Mifsud Bonnici, PN
Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal li Malta għandha tassumi l-obbligi tagħha quddiem ir-refuġjati li jkunu qed jaħarbu minn gwerer ċivili.
Carm Mifsud Bonnici tkellem dwar l-immigrazzjoni rregolari u dwar il-persuni li jiġu bil-baħar. Hu qal li l-immigrazzjoni rregolari reġgħet telgħet fuq l-aġenda nazzjonali u għalhekk il-pajjiż għandu jagħmel il-prijoritajiet tiegħu tabibn.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li hu mpossibbli fid-dinja li żżomm lill-bnedmin milli jiċċaqilqu mnn pajjiż għall-ieħor. Hu impossibbli li l-persuni jaħarbu minn pajjiżi fejn ikunu se jinqatlu. Għalekk hu leġittimu li l-persuni jiċċaqilqu minn post għall-ieħor biex jaħarbu mill-gwerer ċivli.
L-Ewropa għandha dmir kbir biex tassigura li dawn in-nies li ħaqqhom refuġju jingħataw. Hu qal li l-Ministeru tal-Intern għandu jorganizza lilu nnifsu biex jingħata r-refuġju li dawn il-persuni li jiġu. Malta laqgħet 500 persuna li qasmu mil-Libja; Malta għandha responsabbiltà partikolari lejhom.
Fil-budget inqtal biss li se titfassal strateġija ġdida dwar is-servizzi ta’ detenzjoni u jimxu maż-żminijiet. Il-gvern m’għandux ifassal stratġeija ġdida fid-detenzjoni biss iżda li jkun hemm politika li tħares ferm iktar minn hekk. Il-gvern irid jagħti kredtu lill-PN li kien spalla ma’ apella miegħu din is-sena. Hu tkellem dwar ir-rilokazzjoni tan-nies u qal li hu diffiċli għax l-Amerika waqqfet il-programm ta’ rikolazzjoni tan-nies.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-importanza tar-relazzjonijiet bejn Malta u l-Italja u tratta l-European Asilium Support Office li qed iwettaq ħidma kbira u għandu jkun sostnut. Hu qal li dan is-settur hu urġenti u appella biex ikun hemm miżuri dwar l-immigranti li qed jiġu bl-ajru biex ma jkunx hemm abbuż minnhom.
//= $special ?>