Appell dwar id-deċiżjoni tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar li approvat il-proġett fuq is-sit tal-ITS ġie preżentat lit-Tribunal tar-Reviżjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT).
Is-sbatax-il appellant jinkludi residenti, għaqdiet mhux governattivi u tliet kunsilli lokali – Pembroke, San Ġiljan u s-Swieqi.
Il-preżentazzjoni ta’ dan l-appell kienet possibbli wara appoġġ qawwi mill-pubbliku. Total ta’ €24,350 ġie mogħti mill-pubbliku waqt kampanja ta’ ġbir ta’ fondi li bdiet fis-7 t’Ottubru.
Il-kampanja ta’ ġbir ta’ fondi biex jittieħdu passi kontra l-ITS-DB Legal Action Fund hija appoġġata minn tmien organizzazzjonijiet: Friends of the Earth, Din l-Art Ħelwa, Flimkien għal Ambjent Aħjar, BirdLife Malta, Moviment Graffitti, Ramblers Association, Nature Trust (Malta) u Żminijietna – Voice of the Left.
//= $special ?>