Paris Saint-Germain kisru r-rekord Ewropew ta’ Tottenham meta għelbu lil Lille biex kisbu t-12-il rebħa konsekuttiva mill-bidu tal-kampjonat. Ir-rekord preċedenti għal rebħiet konsekuttivi mill-bidu fl-aqwa ħames kampjonati, kien ta’ Tottenham bi 11-il rebħa konsekuttiva fil-bidu tal-kampjonat tal-1960/61.
Kylian Mbappe skorja l-ewwel gowl fis-70 minuta b’xutt imdawwar minn 25 metru, f’dak li kien it-13-il gowl tiegħu fi 11-il logħba. Neymar irdoppja l-iskor fl-84 minuta b’xutt li kien imxellef, b’Nicolas Pepe jnaqqas id-distakk fil-ħin miżjud tat-tieni taqsima minn penalty.
B’dan ir-riżultat, iċ-champions Franċiż issa jinsabu 11-il punt fuq it-tim tat-tieni post Lille.
//= $special ?>