Il-President tat-Turkija, Recep Tayyip Erdogan, għall-ewwel darba, akkuża direttament lill-Gvern tal-Arabja Sawdija dwar il-qtil tal-ġurnalista Sawdi, Jamal Khashoggi.
Erdogan kiteb, fil-Washington Post, li ‘pajjiżu jaf li d-direttiva għall-qtil ta’ Khashoggi ngħatat mill-ogħla livelli tal-Gvern Sawdi’, iżda hu enfasizza ‘ir-rabtiet ta’ ħbiberija bejn Ankara u l-Arabja Sawdija’ u żied li ‘ma jemminx li r-Re Salman kien involut fil-qtil’.
Jamal Khashoggi kien spiċċa maqtul fil-konsulat tas-Sawdi fil-belt Torka ta’ Istanbul, fit-2 ta’ Ottubru li għadda. L-investigaturi Torok jemmnu li l-ġurnalista, li kien qed jgħix f’eżilju, spiċċa aggredit u mgħallaq meta kien żar il-konsulat biex jiġbor dokumenti meħtieġa għaż-żwieġ li hu kien qed jippjana ma’ mara Torka.
Il-katavru tal-ġurnalista għadu ma nstabx u fl-aħħar sigħat, konsulent għall-President Erdogan sostna ‘it-twemmin li l-qattiela tefgħu l-katavru fl-aċtu qabel qattgħuh biċċiet.’
Is-Sawdi, għall-bidu, ippruvaw jaħbu l-omiċidju li kkaġuna kriżi diplomatiku mal-alleati ta’ Riyadh. Intant, is-Sawdi, minn dak iż-żmien, arrestaw 18-il suspettat li skont huma se jkunu proċessati f’pajjiżhom — bit-Turkija qed titlob għall-estradizzjoni tagħhom.
//= $special ?>

