Fuq stedina tal-Assemblea Regionale Siciliana u l-Uffiċju tal-President ta’ Malta, is-Soċjeta’ Filarmonika L’Unione ta’ Ħal Luqa ġiet mistiedna sabiex ittella’ programm mużikali fil-Palazz Normann li fih jiltaqa’ il-Parlament Reġjonali ta’ Sqallija ġewwa Palermo.
Apparti dan il-kunċert, bħala parti mill-programm ufficjali fl-okkazjoni tal-Esebizzjoni Nazzjonali dwar il-kult ta’ Santa Rosalia, patruna tal-Belt ta’ Palermo, Malta qed tieħu sehem ukoll f’din l-esebizzjoni permezz ta’ pittura mill-isbah tal-magħruf pittur ċelebri Mattia Preti.
Il-kontingent Malti, li jinkludi banda komposta b’madwar 50 mużiċist, se jħalli pajjizna nhar il-Ħamis 13 ta’ Dicembru biex il-banda Luqija ttella’ l-kunċert tagħha s-Sibt 15 ta’ Diċembru, taħt id-direzzjoni tas-Surmast John David Zammit.
//= $special ?>