Fis-seduta Parlamentari tal-Ġimgħa, id-deputat Nazzjonalista David Stellini stqarr li ried iwassal diversi ilmenti minn nies li jaħdmu fil-ministeru tal-affarijiet barranin.
Hu rrefera għad-diskors ta’ Joseph Muscat fejn qal li jixtieq li jkollu l-aqwa u l-aħjar nies jaħdmu fiċ-ċivil iżda biex ikollok l-aqwa nies trid toffri lċaqwa kundizzjonijiet.
B’referenza għal-ħaddiema tal-inisteru tal-affarijiet barranin, David Stellini qal li dawn huma kollha professjonisti iżda l-kundizzjonijiet tagħhom mhumiex tajbin biżżejjed u d-differenza fil-pagi f’dan is-settur bejn Malta u pajjiżi oħra hija kbira.
David Stellini qal ukoll li għandu jkun hemm duty mobile allowance iktar. Din hi allowance li jingħata lill-uffiċċjali li jkunu ‘on duty’ f’ħinijiet tard bil-lejl. Semma wkoll li għandu jkun hemm allowance speċjali għal kull ħaddiem diplomatiku biex jagħmel tajjeb għat-tbatija taċ-ċaqliq ta’ dawn il-ħaddiema.
Hu qal li jkun tajjeb li l-Gvern jikkunsidra li ħaddiem li jkun qiegħed f’pajjiżi fejn ikun hemm xi tip ta’ tensjoni bħal per eżempju l-Libja, jkollhom tip ta’ kumpens.
Stellini qal ukoll li hemm żgħażagż li applikaw għal xogħol ma’ dan il-Ministeru u li għadhom qed jistennew risposta dwar l-mpjieg tagħhom. Sostna li hu importanti li nħeġġu ż-żgħażagħ biex jidħlu fil-korpi diplomatiċi u għalhekk importanti li l-gvern jiftħilhom il-bieb tal-opportunità ta’ dan il-Ministeru.
David Stellini semma wkoll uffiċċjali li ddaħħlu bħala Senior Priogramme Officers. David Stellini qal li dawn iddaħħlu u ġew ingaġġati f’pajjiżi barra minn Malta minkejja li m’għandhomx kwalifiki. Dan ukoll meta wieħed iqis li dawn qabżu ħaddiema oħra li huma kkwalifikati aktar minnhom. Hu staqsa xi kriterji hemm biex ikun hemm rotazzjoni bejn il-ħaddiema sabiex kulħadd ikollu ċ-ċans li jservi f’pajjiżi differenti. Dan biex ma joħloqx diskrinazzjoni bejn il-ħaddiema.
Hu rrefera wkoll għall-fatt li l-Ministeru qed jitlef ħafna ħaddiema diplomatiċi u appella sabiex dawn il-ħaddiema jingħataw kundizzjonijiet aħjar sabiex jinbqgħu motivati.
//= $special ?>