MOSTA………………….. 0 HIBERNIANS…………… 4
Mosta: A. Vella, Z. Brincat, T. Farrugia, W. Maycon, M. Sammartino, A. de Cerchio (K. Frendo 73’), D. Xuereb, J. Grech (M. Vicaroni 67’), Z. Brincat, F. Mazzavillani, J. Cisotti, A. Oliveira (J. Brincat 62’)
Hibernians: A. Hogg, M. Dias, A. Agius, N. Radojevic, D. Vella, B. Kristensen (J. Bezzina 76’), J. Mbong, C. Zammit (I. Bubnjic 58’), T. Marcolino (G. Costa Tenorio 68’), T. Fonseca, J. Degabriele
Imwissija: D. Xuereb 72’, J. Cisotti 80’ (M), M. Dias 19’, T. Marcolino 57’, D. Vella 64’ (H)
Skorjaw: T. Marcolino 19’, T. Fonseca 38’, B. Kristensen 66’, G. Costa Tenorio 90’
Referee: Stefan Pace
Assistenti Referees: Duncan Sultana, Dusan Petrovic
Il-Mument Plejer tal-logħba: Taylon Marcolino (Hibernians)
Attendenza: 415
Hibernians komplew għaddejjin bit-triq tar-rebħ meta din id-darba għelbu lil Mosta 4-0 b’żewġ gowls f’kull taqsima biex kisbu l-ħames rebħa konsekuttiva. Mosta fuq in-naħa l-oħra baqgħu t-tielet minn l-aħħar b’seba’ punti.
Kif jixhed l-iskor, Hibernians iddominaw il-logħba bil-plejers offensivi bħal Jurgen Degabriele, Joseph Mbong, Taylon Marcolino u Tiago Fonseca kollha jkunu ta’ periklu għad-difiża avversarja bil-ġiri kontinwu tagħhom. Għalkemm fit-tieni taqsima, Hibernians naqsu ftit ir-ritmu xorta baqgħu jikkontrollaw, bit-tim Mosti ftit ikun ta’ periklu.
Hibernians ħolqu l-ewwel periklu wara sitt minuti b’azzjoni personali ta’ Jurgen Degabriele li prova jaqbeż lil Andreas Vella iżda tilef il-kontroll tal-ballun. Ħames minuti wara l-gowlkiper Mosti salva daqqa ta’ ras tad-difensur Radojevic, biex żewġ minuti wara, xutt ta’ Joseph Mbong għadda ftit għoli.
Ċans ieħor għal Hibernians fid-19-il minuta b’daqqa ta’ ras ta’ Marcolino li kienet dieħla fix-xibka iżda ġiet mbiegħda minn fuq il-linja minn Tyrone Farrugia. Il-gowl kien ilu ġej u wasal fil-21 minuta b’Jurgen Degabriele jqassam lejn TAYLON MARCOLINO li evita daħla ta’ avversarju u għeleb lil Andreas Vella.
Mosta kellhom wieħed mill-aħjar okkażjonijiet tagħhom fit-28 minuta meta Zachary Brincat irċieva tajjeb, iżda Andrew Hogg kien pront biex għalaq l-ispazju u salva t-tentattiv taż-żagħżugħ. Man-nofs siegħa logħob, Marcolino seta’ għamel aħjar meta qabbeż fuq Vella iżda t-tentattiv spiċċa barra.
Il-Pawlisti rduppjaw fit-38 minuta b’Joseph Mbong jikkrossja mil-lemin lejn THIAGO FONSECA li għeleb lil Andreas Vella b’daqqa ta’ ras.
Zachary Brincat kellu żewġ okkażjonijiet tajba fl-ewwel minuti tat-tieni taqsima, l-ewwel b’xutt li għadda fuq il-lasta, biex fil-55 minuta Brincat daħal fil-kaxxa avversarja iżda x-xutt tiegħu kien salvat minn Hogg.
Hibernians għamluhom tlieta fis-66 minuta meta Jurgen Degabriele qassam lejn BJORN KRISTENSEN li għeleb lil Vella b’xutt minn madwar 25 metru.
It-tim ta’ Stefano Sanderra ngħata penalty erba’ minuti mit-tmiem wara li Dexter Xuereb waqqa’ lil Jurgen Degabriele fil-kaxxa. Iżda mill-11-il metru, ix-xutt ta’ Fonseca laqat il-wieqfa. Madankollu fil-ħin miżjud, Hibernians għamlu l-iskor 4-0 bis-sostitut GUTTINER COSTA TENORIO jsib ix-xibka b’xutt minn tarf il-kaxxa.
//= $special ?>