Lokali

FILMAT: Il-vittmi ta’ Paqpaqli waslu għal ftehim dwar kumpens

Il-ħdax-il spettatur li weġgħu meta’ karozza ta’ veloċita għolja marret off-track waqt l-edizzjoni tal-2015 ta’ Paqpaqli għall-Istrina rċivew kumpens wara diskussjonijiet bejn ir-rappreżentanti legali tal-partijiet involuti.

Il-kumpens qed jitħallas mill-kumpanija tal-assikurazzjoni li kopriet l-attivita’ u l-Gvern.

Il-President ta’ Malta kienet kwotata tgħid li “l-ebda ammont ta’ flus m’hu ser jagħmel tajjeb għat-tbatija li ġarrbu dawn il-vittmi, u tittama li l-kumpens jgħin biex itaffi ftit minn din it-tbatija.”

Il-kumpens lill-vittmi m’għandu l-ebda effett fuq il-kawża kriminali li għadha qed tinstema’ mill-Qorti Kriminali.