Il-Membri Parlamentari Ewropej Roberta Metsola u Francis Zammit Dimech ipparteċipaw f’kampanja mnedija mill-Partit Popolari Ewropew (PPE) għal tindif madwar il-pajjiżi membri.
Iż-żewġ MEPs ħarġu messaġġ komuni b’appell li kulħadd għandu jagħmel dmiru ħalli l-pajjiż jinżamm nadif. Dan meta l-obbligu tagħhom ma jibqax biss il-Liġijiet Ewropej, iżda wkoll li jgħallmu bl-eżempju.
Metsola u Zammit Dimech qalu li f’din l-attività, huma għaqdu riżorsi tagħhom biex din il-kampanja ta’ “plogging” – mixi u jogging waqt li jinġabar l-iskart – tkun suċċess. B’hekk, iserrħu rashom li l-Ambjet tagħna jkun l-aħjar possibbli għal kulħadd.
L-attività ta’ “plogging” tal-lum saret fiż-żona Exiles, f’Tas-Sliema, u kienet l-ewwel waħda tat-tip tagħha fl-Unjoni Ewropea, tant li fil-ġimgħat li ġejjin MEPs oħra fi ħdan il-PPE mistennija jagħmluhom ukoll.
F’diskors tal-okkażjoni, Roberta Metsola fakkret kif fl-aħħar ġimgħat iddiskutiet x’inizjattivi għandhom jittieħdu. U min-naħa tiegħu, Francis Zammit Dimech ukoll qal li tkellem ma’ diversi setturi, fosthom sajjieda, anke dwar il-problema tal-ħmieġ fl-Mediterran.
Fl-attività pparteċipa wkoll il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma fil-Parlament David Agius.
//= $special ?>