L-avukat ta’ mara Kristjana li nħafrulha l-akkużi dwar blasfemija wara li damet tmien snin tistenna biex tingħata l-mewt spiċċa jaħrab mill-Pakistan minħabba l-biża’ li ħajtu kienet tinsab f’periklu.
L-avukat, Saif Mulook, qal li ‘kelluj jitlaq’ biex ikompli jirrappreżenta lill-mara, Asia Bibi, li s-sentenza ta’ kundanna tagħha kienet irtirata mill-imħallfin f’nofs il-ġimgħa.
L-uffiċjali fil-Pakistan, wara s-sentenza, qablu biex jipprojbixxu lil Bibi milli tħalli l-Pakistan bil-għan li jispiċċaw il-protesti vjolenti dwar id-digriet tal-qorti – u bl-attivisti favur il-mara jsostnu li din il-projbizzjoni ‘hi simili għal kundanna tal-mewt għal Bibi’.
Asia Bibi, fl-2010, spiċċat ikkundannata b’li insulentat lill-Profeta Mohammad ( il-fundatur tal-Islam) waqt ġlieda li kellha mal-ġirien u ħafna Pakistani, illum, qed isejħu għar-reintroduzzjoni tal-piena tal-mewt wara li hi ngħatat maħfra.
Saif Mulook, ftit jiem ilu, qal li Asia Bibi se jkollha tmur tgħix f’pajjiż tal-Punent għas-sigurtà tagħha u meta diġà saru numru ta’ attentati fuq ħajjitha. Intant, numru ta’ pajjiżi qegħdin joffru l-kenn politiku lil din il-mara Kristjana.
//= $special ?>

