Il-ħolm kollu tat-tfal bħala parti mill-proġett tal-Aġenzija Appoġġ “Children’s Dreams” ġie mwettaq.
Il-kampanja ‘Children’s Dreams’ għandha l-għan li tassigura li ħadd ma jibqa’ mingħajr ir-rigal li kull tifel u tifla jkun qed jistenna fil-Milied.
B’kollox se jkunu twettqu 1,888 ħolma ta’ tfal b’din l-aħbar mill-isbaħ tingħata waqt NET Live minn Remenda Grech. Dan wara biss ġimgħa mit-tnedija tal-proġett.
Remenda spjegat is-sistema kif taħdem eżatt u kif jiġu mwettqa dawn ix-xewqiet.
Kompliet tfaħħar il-ġenerożità tal-Maltin quddiem sitwazzjonijiet bħal dawn.
//= $special ?>