Lokali

Raġel isofri feriti serji wara li weġġa’ b’chaser f’daru

Raġel ta’ 56 sena minn San Ġiljan qed isofri minn feriti serji wara li inċidentalment weġġa’ b’chaser waqt li kien qed jagħmel xi xogħolijiet fir-residenza tiegħu f’San Ġiljan.

L-inċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tat-8.30am fi Triq Ant. Schembri, fejn ma jidhirx li kien hemm aktar persuni involuti.

Fil-post issejħet Ambulanza, li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura. Hemm, hu kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti serji.

Kien għalhekk li ssejħu l-Pulizija, li bdew l-investigazzjonijiet tagħhom dwar il-każ.