Raġel li gidem u sawwat lis-sieħba tiegħu waqt li kien fis-sakra, ingħata l-ħelsien mill-arrest iżda ġie ordnat biex ma jagħmel l-ebda kuntatt ieħor magħha u jiffirma l-għassa darba fil-ġimgħa.
Il-każ seħħ fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa, meta l-akkużat daħal fis-sakra fir-residenza fejn kien ilhom madwar sena joqgħodu flimkien.
Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għat-talba tal-ħelsien mill-arrest iżda din it-talba ntlaqgħet mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras.
Mal-ordni biex ma jiltaqax mas-sieħba tiegħu, l-akkużat iddikjara li għadu jħobbha, bil-Maġistrat twissieh mill-ġdid biex ma javviċinahhiex.
//= $special ?>