Il-Konvenzjoni Maltija tal-Comics, imtella’ mill-NGO Maltija Wicked Comics, qed tiċċelebra l-10 sena konsekuttiva tagħha.
Il-Malta Comic Con, kif inhi magħrufa popolarment, tlaqqa’ bosta artisti Maltin ma’ dawk internazzjonali. Kien bosta minn dawk l-artisti li esebixxew xogħlhom fuq diversi stands.
Fost il-mistiedna speċjali ta’ Wicked Comics għal din il-konvenzjoni, kien hemm Mark Ryan, attur Ingliż u waħda mill-vuċijiet f’Transformers u l-iskultur profliku Ingliż, Brian Muir, magħruf għall-maskla ta’ Darth Vader f’Star Wars.
Intant, għal din l-okkażjoni, Wicked Comics ikkolaboraw ma’ Heritage Malta biex ġie ppubblikat ktieb tal-comics dwar il-patrimonju Malti.
Din is-sena il-Malta Comic Con qed issir fis-Sala tal-Konferenzi f’Ta’ Qali.
//= $special ?>