PIETÀ HOTSPURS……………… 1 GŻIRA UNITED……………. 1
Pietà: N. Vella, O. Takaki, C. Grech, A. Machedo Neto, N. Pace Cocks (S. Nakamura 79’), D. Agius, J. Artiaga, I. Jalo, J. Busuttil, G. Mensah (C. Degabriele 78’), P. Chimezie
Gżira: A. Curmi, J. Corbalan, R. Soares, F. Barbosa, T. Veronese, Z. Scerri, E. Bilbao Zarate (J. Pereira da Silva 72’), R. Briffa, N. Muscat (A Cohen 60’), A. Samb, H. Garba
Imwissija: I. Jalo 6’, N. Pace Cocks 11’, A. Machedo Neto 57’, D. Agius 90’ P. Chimezie (P), A. Samb 39’, R. Soares 69’ (G)
Skorjaw: P. Chimezie 86’ (P), J. Pereira da Silva 93’ (G)
Referee: Trustin Farrugia Cann
Assistenti Referees: Alan Camilleri, Ivan Galea
Il-Mument Plejer tal-logħba: Antonio Machedo Neto (Pietà Hotspurs)
Gowl tas-sostitut Jorge Pereira da Silva ħalla lil Gżira United mhux megħluba iżda kisbu biss punt fi draw ta’ 1-1 kontra Pietà Hotspurs. It-tim ta’ Ramon Zammit żgur kien jistħoqqlu li jikseb il-punti u kif żvolġiet il-logħba għandhom għaliex iħossuhom diżappuntati.
Gżira naqsu li juru għaliex jinsabu fil-quċċata tal-klassifika, bl-attakkanti Amadou Samb u Haruna Garba ftit ikunu preċiżi fl-attakk. Pietà żammew lill-avversarji mingħajr ma ddefendew bi 11-il plejer fil-kaxxa.
Fl-ewwel taqsima, Gżira kellhom aktar pussess tal-ballun u kienu huma li bdew jiddettaw il-logħba, iżda Pietà mingħajr ma jiddefendu taqsima, kienu dixxiplinati tattikament u bdew jagħlqu tajjeb l-ispazji.
Gżira heddew il-lasta għall-ewwel darba wara għaxar minuti b’xutt indirizzat għal-lasta ta’ Zach Scerri li kien salvat tajjeb minn Nicky Vella.
Pietà kellhom ċans tad-deheb fl-24 minuta iżda l-gowlkiper Gżirjan Anthony Curmi kien attent biex għalaq fil-ħin fuq Paul Chimezie, bix-xutt ta’ Juan Manuel Artiaga jispiċċa ferm għoli.
Gżira ħarġu jfittxu l-gowl fit-tieni taqsima u fil-50 minuta kellhom l-aħjar ċans tal-logħba sa dak il-ħin. Kien korner mil-lemin ta’ Thomas Veronese, Haruna Garba kien fil-post it-tajjeb u b’daqqa ta’ ras għeleb lil Nicky Vella, iżda fuq il-linja kien hemm Dylon Agius li salva b’sidru.
Il-Maroons komplew jattakkaw u fit-73 minuta Haruna Garba għadda lejn Amadou Samb, iżda x-xutt tiegħu kien salvat tajjeb minn Nicky Vella. Gżira kienu sfortunati erba’ minuti wara, b’Vella jsalva free-kick ta’ Veronese, iżda l-ballun ħabat ma’ Samb u reġa’ ġie f’idejn Vella.
Kontra x-xejra tal-logħob, Pietà marru fil-vantaġġ fis-86 minuta, b’PAUL CHIMEZIE jirċievi mingħand Jan Busuttil u fetaħ id-difiża avversarja biex daħal fil-kaxxa u ġie wiċċ imb wiċċ ma’ Curmi. L-ewwel xutt kien salvat parzjalment, iżda reġa’ ġie għand l-attakkant li din id-darba skorja.
Reazzjoni immedjata ta’ Gżira li tliet minuti wara kellhom okkażjoni tajba li jġibu d-draw. Amadou Samb rebaħ penalty wara li deher jaqa’ waħdu fil-kaxxa. Iżda mill-11-il metru x-xutt tal-istess Samb kien fjakk b’Vella jsalva fuq ix-xellug tiegħu.
Madankollu l-logħba kienet għadha ma spiċċatx, b’Gżira jsalvaw il-logħba fit-92 minuta bi kross mil-lemin ta’ Samb lejn Fernando Barbosa, bid-difensur idur u jqassam lejn is-sostitut JORGE PEREIRA DA SILVA li qarraq b’Vella b’xutt li ħabat mal-art.
//= $special ?>