Sport Sport Ieħor

Simone Biles tagħlaq il-Kampjonat tad-Dinja bir-rebħ tar-raba’ midalja tad-deheb

(Ritratt: EPA)

L-Amerikana rebbieħa Olimpika Simone Biles, għalqet il-Kampjonat tad-Dinja tal-2018 f’Doha, b’żewġ midalji oħra, waħda minnhom deheb. Biles, rebbieħa tal-aktar midalji tad-deheb fl-istorja tal-Kampjonat tad-Dinja, rebħet rekord ta’ 14-il midalja tad-deheb, bir-rebħ tal-floor, biex għaliha kienet ir-raba’ midalja tad-deheb fil-Qatar.

Biles li għad għandha biss 21 sena, żiedet ukoll midalja tal-bronż fil-balance beam biex rebħet is-sitt midalja tal-ġimgħa, l-ewwel darba mill-1987 li atleta femminili rebħet midalja f’kull avveniment tal-Kampjonat tad-Dinja. B’total ta’ 20 midalja, Biles laħqet lir-Russa Svetlana Khorkina bħala l-aktar ġinnasta femminili li rebħet midalji f’Kampjonat tad-Dinja.

Minkejja li qabel il-bidu tal-Kampjonat tad-Dinja, kellha problemi fil-fwied li spiċċat fl-emerġenza tal-isptar f’Doha, Biles rebħet il-midalja tad-deheb fil-finali tat-tim, fl-all-around, fil-vault u l-floor, kif ukoll il-fidda fl-uneven bars u l-bronż fil-balance bream. It-titlu tad-dinja kien ir-raba’ wieħed għaliha, li hu wkoll rekord.