Aaron Sammut ta’ 26 sena residenti l-Ħamrun inżamm arrestat u nħarġet ordni ta’ protezzjoni fuq ommu u ħuħ.
Dan wara li tressaq il-Qorti akkużat b’theddid lil ommu permezz ta’ mobile, li għamel ħsara fil-bieb tal-ġara t’ommu, li ta fastidju lil ommu u li ġiegħel lilha u lil ħuħ jibżgħu li se juża vjolenza kontrihom.
Dan apparti li kiser ordni ta’ protezzjoni temporanja ħamest ijiem biss wara li din ħarġet mill-Qorti.
Jirriżulta li Aaron wettaq dan kollu għaliex ippretenda li ommu ttih aċċess għad-dar tagħha. Jekk le, heddidha li kien se jagħmel waħda minn tiegħu. Kien hawn li mar u qabad isabbat fuq il-bieb tal-ġara.
Dan ma kienx l-ewwel każ ta’ aggressjoni mill-akkużat, tant li spiss telgħu l-Qorti iżda ommu dejjem ħafritlu.
//= $special ?>