SENGLEA A………………….. 1 TARXIEN R…………………… 2
Senglea: M. Farrugia, Z. Cassar, M. Ivanovic (K. Cutajar 52’), F. Salvati, I. Gonzalez, M. Garcia, B. Volpini, M. Bartolo, L. Grech, M. Guillari, R. Tchanturia
Tarxien: A. Cassar, A. Scicluna, R. Rogac, D. Zerafa, S. Radovanovic, G. Aquilina, A. de Barros, M. Brincat (R. Faria 83’), D. Falzon, A. Nilsson (J. de Paixao 74’), M. Paolucci
Imwissija: M. Ivanovic 8’, B. Volpini 71’ (S), D. Zerafa 42’, R. Rogac 59’, A. Scicluna 77’ (T)
Tkeċċa: B. Volpini 81’ (S)
Skorjaw: D. Zerafa 8’, M. Paolucci 18’ (B), B. Volpini 56’ (S)
Referee: Etienne Mangion
Assistenti Referees: Chris Francalanza, Thomas Debono
Il-Mument Plejer tal-logħba: Michele Paolucci (Tarxien Rainbows)
Tarxien Rainbows kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva b’rebħa ta’ 2-1 fuq Senglea Athletic, biex permezz ta’ dawn it-tliet punti, jinsabu f’nofs il-klassifika. Senglea kienu ġejjin mill-ewwel rebħa tal-kampjonat it-Tnejn li għadda kontra St. Andrews, iżda damu biex daħlu fil-logħba u kellhom jiġru wara r-riżultat, b’Tarxien jiskorjaw darbtejn fl-ewwel 20 minuta.
Iżda t-tim ta’ Vincenzo Potenza daħal fil-logħba fit-tieni taqsima, b’Tarxien inaqqsu mir-ritmu tagħhom. Madankollu ma rnexxielhomx isalvaw xi ħaġa mil-logħba biex baqgħu fil-qiegħ b’erba’ punti.
Kienu s-Sengleani li ħolqu l-ewwel ċans tal-logħba wara żewġ minuti, b’Manuel Guillari jipprova b’ġest akrobatiku wara li rċieva mingħand Braian Volpini, iżda t-tentattiv tiegħu għadda barra. Tarxien skorjaw fl-ewwel periklu li ħolqu wara tmien minuta. Kien free-kick ta’ Matthew Brincat, b’DANIEL ZERAFA jegħleb lil Matthew Farrugia, b’Ferdinando Salvati jipprova jbiegħed il-ballun mingħajr suċċess, biex baqa’ dieħel fix-xibka.
Senglea wettqu reazzjoni ftit wara l-kwarta logħob, b’xutt ta’ Manuel Guillari li stampa mal-mimduda, b’Andrea Cassar ikun attent biex salva t-tentattiv tal-attakkant Roman Tchanturia.
Iżda, Tarxien irduppjaw fit-18-il minuta meta r-referee Etienne Mangion ordna penalty wara li ġġudika li Marko Ivanovic waqqa’ lill-attakkant Michele Paolucci fil-kaxxa. Mill-11-il metru, inkariga ruħu l-istess MICHELE PAOLUCCI ma żbaljax.
Tarxien marru saħansitra qrib it-tielet gowl b’xutt ta’ Daren Falzon li jgħaddi ftit barra, b’Senglea wkoll jersqu viċin b’xutt tal-midfielder Matias Garcia jintemm ukoll ċentimetri barra.
Senglea daħlu fil-logħba fis-56 minuta f’azzjoni fuq il-lemin, b’Leighton Grech javvanza biex krossja lejn BRAIAN VOLPINI li għeleb lil Cassar, biex skorja t-tieni gowl konsekuttiv. It-tim ta’ Potenza tjieb fit-tieni 45 minuta iżda ftit kienu ta’ periklu serju.
It-tentattivi tagħhom li jsalvaw il-logħba ħadu daqqa ta’ ħarta għaxar minuti mit-tmiem, meta Volpini ġie muri t-tieni karta. Is-superjorità numerika ħadmet favur Tarxien li kkontrollaw l-aħħar minuti biex kisbu rebħa oħra importanti kontra avversarji min-naħa ta’ isfel.
//= $special ?>