Sport

Intervista esklussiva ma’ Sir Robin Knox Johnston

Illum mis-6.05pm ‘l quddiem fuq NET TV jixxandar il-ħames programm Sport Extra bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli. Fil-programm, intervista esklussiva għal programm ma’ Sir Robin Knox Johnston, li 50 sena ilu kien l-ewwel baħħar li rnexxielu jagħmel ir-rotta madwar id-dinja, waħda fi ftit aktar minn 300 ġurnata. Fl-istess waqt tkellem dwar xi jħoss il-bniedem maqtugħ waħdu u dak li jsir quddiemu għall-akbar sfidi possibbli bejn sema’ u baħar.

Sport Extra numru 5, fl-ewwel parti ser ikun dedikat għal dak li wettqu l-atleti Maltin fil-Kampjonat tal-Karate għall-Istati Żgħar tal-Ewropa li sar f’San Marino dan l-aħħar.

Intervistati s-Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Michelle Vella, il-kowċis tal-Kumite Josef Antontelli u Joseph Mizzi, żewġ judges ġodda Elizabeth Grech u Cristina Tonna kif ukoll l-atleti żgħażagħ Jaydon Johnston, Daniel Spearing u Amy Cunningham.

Il-muntaġġ tas-servizzi fil-programm sar minn Samira Cachia Spiteri filwaqt li l-filmati huma ta’ Michael Farrugia u Alfred Spiteri.