Sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu tat-tip BMW fl-inħawi ta’ taħt l-Imdina. L-inċident seħħ kmieni l-Ħadd filgħaxija fi Triq l-Infetti, l-Imdina.
Għal xi raġuni s-sewwieq baqa’ dieħel f’ħajt fil-ġenb tat-triq bil-konsegwenza li qala’ arblu tad-dawl minn postu. Kawża t’hekk, għall-ħinijiet twil it-triq ta’ taħt l-Imdina kienet bla dawl stradali.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tiegħu. Ħaddiema tal-protezzjoni ċivili ssejħu ukoll fuq il-post biex neħħew l-arblu u kull perikli ieħor li seta’ kkawża l-inċident.
Fit-triq innutajba gelgul ta’ ilma ħiereġ minn xi għelieqi fil-viċin li seta’ kellu impatt fuq l-inċident.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.




