Lokali

Aġġornata: L-aggressuri ta’ Liam Debono jbidlu l-verżjoni

Wara li aktar qabel, il-ħames aggressuri li aktar kmieni din il-ġimgħa kienu involuti f’inċident ma’ Liam Debono, ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom, biddlu l-verżjoni tagħhom u qalu li mhumiex ħatja.

Fl-awla tal-qorti kien hemm kommossjoni sħiħa hekk kif wieħed mill-akkużati Kyle Ellul ta’ 20 sena minn Ħaż-Żabbar ħassu ħażin u kellu jinħareġ mill-awla fejn anke issejħet ambulanza. Ftit tal-ħin wara, il-ħames akkużati, akkumpanjati mill-familjari tagħhom, reġgħu daħlu fl-awla.

Kien hawnhekk li l-avukata tal-għajnuna legali biddlet il-verżjoni tal-akkużati għal waħda ta’ mhux ħatja hekk kif indunat li b’ammissjoni, erbgħa mill-ħames żgħażagħ kienu se jispiċċaw fil-ħabs.

L-avukat Franco Debono, li qed jidher għal Liam Debono bħala parte civile, qal li l-klijent tiegħu lest jaħfer lill-aggressuri iżda xorta waħda għandhom ikomplu l-proċeduri tal-Pulizija kontriehom.

Il-Maġistrat Gabriella Vella tat il-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet, fosthom li ma jersqux lejn Liam Debono, li jħallsu depożitu ta’ 100 ewro fuq garanzija personali ta’ elfejn ewro kull wieħed.