Dalgħodu saret sejba ta’ madwar 31 immigrant li kienu qed jgħixu b’mod irregolari f’residenza, fi Triq Farsons, il-Ħamrun.
Waqt li l-Pulizija kienet qed tagħmel ir-ronda tas-soltu, kienet qed tfittex f’din id-dar partikolari li kienet qed tintuża mill-Immigranti. F’dak il-ħin ħames immigranti ħarbu minn fuq il-post iżda wara ftit inqabdu minn pulizija tar-Rapid Intervention Unit.
Il-maġġoranza tal-immigranti li qed jinżammu mill-Pulizija huma ġejjin mill-Italja. Dan ifisser li dawn ma jistgħux jaħdmu f’pajjiżna u għalhekk ma jistgħux idumu aktar minn tliet xhur.
//= $special ?>