Franċiża ta’ sebgħin sena residenti l-Mellieħa, l-Ħadd wara nofsinhar kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Burmarrad f’San Pawl il-Baħar. Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija jirriżulta li l-mara x’aktarx tilfet il-kontroll tal-karozza tagħha, tat-tip Peugeot 106 u baqgħet dieħla ġo arblu tad-dawl.
Hi ttieħdet b’ambulanza l-isptar Mater Dei fejn irriżulta li qed issofri minn ġriehi ta’ natura gravi. L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejin.
//= $special ?>