Lokali

Il-Venice Commission titlob laqgħa ma’ Chris Fearne

Id-deputat Prim Ministru Chris Fearne bħalissa qed jiltaqa’ mal-Venice Commission, flimkien mal-Ministru Owen Bonnici, minħabba li l-Prim Ministru Muscat jinsab imsiefer.

L-esperti tal-Venice Commission jiffurmaw parti minn Bord indipendenti taħt il-kappa tal-Kunsill tal-Ewropa. Huma jinsabu Malta biex jistħarrġu f’aktar dettall kemm huma sodi l-istituzzjonijiet f’pajjiżna u l-qafas legali.

Waqt iż-żjara f’pajjiżna, dawn l-esperti se jiltaqgħu ukoll mas-soċjeta’ ċivili.

F’Diċembru mistennija tiġi ppubblikata pożizzjoni uffiċjali tal-Venice Commission dwar Malta.

Fil-bidu tal-laqgħa ma’ Chris Fearne u Owen Bonnici, id-Deputat President tal-Venice Commission Herdis Thorgeirsdóttir saħqet li kull demokrazija teħtieġ trasparenza u governanza tajba.