Lokali Parlament

Għandu jkun hemm rispett lejn l-opinjonijiet ta’ kulħadd

– David Stellini, PN

Id-deputat Nazzjonalista David Stellini sostna fil-parlament li fis-soċjetà għandu jkun hemm rispett lejn l-opinjonijiet ta’ kulħadd.

David Stellini tkellem dwar il-każ tal-persuna li tkellem fuq is-sesswalità tiegħu f’X’Factor qal li ma jirriżultax li r-River of Love li għamlu l-gav conversion therapy u sostna li s-soċjetà għandha taċċetta l-opinjoni r-reliġjonijiet differenti.

Importanti li l-Gvern jifhem li l-minoranzi għandhom dritt. Il-Ministru Dalli m’għandhiex dritt li twaqqaf xi intervista. F’Malta hawn każi li qed jillimitaw it-tolleranza. Ma nabqel mal-ebda ġurnalist li jġib il-mibgħeda fil-pajjiż jew ikun tolleranti.

Għandu jkun hemm rispett dejjem lejn ħaddieħor. Hu qal li Matthew Grech ġie umiljat fejn kien hemm ħafna kummenti wara d-dikjarazzjoni tal-Ministru Dalli li bdew jinsulentawh. Hu qal ll-gvern qed jiċċensura lil numru ta’ nies li jħossu li għanhdhom ipoġġu fjuri ma’ monument spontanju għal Daphne Caruana Galizia.

David Stellini qal li fil-LIBE tal-parlamnet Ewropew l-Ministru tal-Ġustizzja qallhom li l-gvern għandu maġġoranza kbira ħafna fil-parlament. Fl-UE l-minoranzi għandhom id-drittijiet tagħhom u ħadd m jista jwarrabhom. Id-drittijiet huma reali u eżistenti għax b’hekk biss il-poplu jista’ jkun Ewropeww iktar milli hu.

David Stellini qal li l-każ tal-Panama Papers kien jitlob riżenja u l-fatt li dan ma sarx għamel isem ħażin lil Malta mad-dinja kolha. Il-gvern Malti m’għandux jara lill-UE numri u statistika iżda bħala prinċijpi u valuri fosthom it-tolleranza, is-saltna tad-dritt u l-governanza tajba.