Lokali Parlament

Gvern bla pjan u bla riferenza għas-settur tal-annimali

– Mario Galea, PN

Id-deputat Nazzjonalista Mario Galea qal li dan hu gvern bla pjan għas-settur tal-annimali tant li fil-budget m’hemm l-ebda riferenza għal dan is-settur.

Id-deputat Nazzjonalista Mario Galea tkellem dwar l-annimali u qal li l-gvnrn ħalla l-liġi dwar l-irbit tal-klieb pendenti mill-2015 u fl-aħħar għaddiha wara li kien hemm il-proposti tal-Oppożizzjoni. Hu staqsa jekk ix-shock collars humiex illegali fil-liġi.

Dan hu t-tieni budget konsekuttiv fejn l-animal welfare ma tissemma’ imkien. Hu staqsa x’inhu l-pjan tal-gvern f’dan is-settur. Dwar l-infurzar, Mario Galea qal li hemm problema kbira ta’ nuqqas ta’ infurzar. Hu staqsa wkoll kif ma ttieħdux passi kontra s-Sindku tal-Birgu li ordna li jinqatel il-ħaddiem quddiem in-nies.

Birdlife qalet li dan l-ikbar staġun tal-kaċċa fejn saret kaċċa llegali. Dan hu nuqqas ta’ infurzar. Is-CEO ta’ San Vinċenz kienet ordnat li ma jitimgħux iktar lill-qtates u kellu jkun il-Kummissarju biex jintervjeni. Jeħtieġ li twaqqaf sezzjoni tal-pulizija li tiffoka fuq il-moħqrija tal-annimali għalex dawn il-każi mhux qed ikunu investigati.

Hu stieden lill-gvern biex jara kif qed jinżammu l-kliem fl-Annimal Welfare u appella lill-gvern jikkunsidra l-kampanja ta’ neutering tal-annimali partikolarment il-qtates. Dawk li jitimgħu l-annimali qed imorru joperaw lill-qtates huma. Il-gvern għandu jibda jgħin lil dawk li jitimgħu l-annimali.

Mario Galea qal li s-segretarju parlamentari għandu dritt ikun membru fl-FKNK iżda jrid joqgħod attent dwar x’jikteb fuq il-media soċjali. Hu staqsa jekk hux se jsir iċ-ċimiterju tal-annimali.

Mario Galea semma’ tiġrijiet tal-festi u qal li jeħtieġ li t-tiġrijiet tradizzjonali tal-festi jsiru f’ħinijiet diċenti u fil-koros. Hu tkellem ukoll dwar iż-zoos illegali li jeħtieġ kontroll.

Mario Galea semma’ l-karozzini u l-petshops u sostna li hawn ħafna li lesti jkunu l-leħen tal-annimali għaliex dawn m’għandhomx vuċi jbatu fis-skiet.