Id-deputat Nazzjonalista Clyde Puli qal li l-gvern għandu nuqqas ta’ viżjoni u pjan fit-tul għas-settur edukattiv. Il-gvern qed ifalli milli jilħaq il-miri tiegħu, sena wara sena. Il-back to school ikkonferma dan in-nuqqas ta pjan.
Fil-parlament hu qal li dan seħħ ukoll f’San Pawl il-Baħar fejn l-iskola għadha fuq il-pjanti. L-istudenti ta’ Marsacala spiċċaw fi skola ġebel u saqaf meta din suppost ilha lesta. Fir-Rabat Għawdex, it-tfal ilhom ħames snin imwgġeda skoal ġdida. Hu qal li l-gvern issa se jerġa’ jmur għall-istess psot fejn kien sejjer qabel biex jagħmel din l-iskola. Fl-Iskola Santa Klara suppost kellhom jagħmlu laboratorji ġodda.
Hu qal li l-iskola ta’ Masracala waqgħet lura minħbba li skont il-ministru kellhom isiru testijiet li ma kinux orġininarjament ippjanati. Is-sitwazzjoni hi wadda diffiċli tant li t-tfal tal-iskola ta’ Sannat qed jintalbu jagħżlu bejn trasport b’xejn jew breakfast b’xejn.
Il-gvern ressaq tliet liġijiet biex jemenda l-att dwar l-edukazzjoni u l-gvern kellu jirtirhom. Mhux biss hemm nuqqas ta’ viżjoni iżda hemm problema ta’ governanza li filwaqt li hemm propoganda tajba ħafna. Il-viżjoni li kien hemm qabel kienet li l-governanza tkun waħda fejn l-għalliema u l-iskejjel jingħataw iktar awtonomija u responsabbiltà, iżda issa din bdiet tittieħed lura u tiddaħħal iċ-ċenetralizzazzjoni. Illum inqas għalliema qed iħossuhom stmati u attirati lejn l-edukazzjoni.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-wegħda tal-2013 ta’ skola ġdida kull sena qed tkun ħrafa oħra fejn qed ikun hemm skola posposta kull sena. Anki dawk li saru m’humiex skejjel ġodda iżda sar biss manutenzjoni.
Hu tkellem dwar l-iskema ta’ trasport b’xejn għall-istudenti u qal li l-iskema din qed tħalli mijiet ta’ tfal bla trasport u mingħajr superviżjoni. Il-gvern mhux isolvi din il-problema meta l-gvern kellu żmien għall-ippjanar. Illum hawn 800 tifel u tifel bla trasport b’xejn kif kien imwiegħed. Uħud minnhom spiċċaw bla trasport.
Il-gvern m’għandux jibqa’ jitnikker fuq dawn il-kwistjonijiet u m’għandux jibqa’ jitfa’ l-ħtija fuq l-operaturi u fuq il-ġenituri għax il-Prim Ministru qal li applikaw tard. Dan seħħ ukoll mal-għalliema fejn bla konsultazzjoni l-gvern ippreżenta resssaq tliet liġijiet li qajmu rivoluzzjoni fejn l-MUT qalet li huma jisnabu taħt assedju.
Clyde Puli qal li l-gvern għandu jgħid x’emendi se jagħmel jew jekk issa dawn sarux irrilevanti.
Il-kriterji biex jinżamm il-warrant iċċajpru u ddaħħal lok għall-abbuż. Intilfet opportunità li l-gvern jagħti messaġġ kontra l-vjolenza fuq l-għalliema; li jixtiequ jkunu siguri fuq il-post tax-xogħol tagħhom. Il-politika tal-gvern qed twassal biex l-iskejjel lanqas jistgħu jagħżlu il-cleaners u fejn l-għalliema jagħmlu l-photocopies iżda kienu se jitgħabbew bir-responabbiltà legali mingħajr ma l-iskejjel jingħataw il-poteri meħtieġa.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern ma irtirax dawn il-liġijiet minħabba li hu umli iżda b’umiljazzjoni. Jirriżulta li ma kinx hemm konsultazzjoni serja u l-għalliema mhux kuntenti. Hemm problemi ta’ governanza anki biex ikunu imgaġġati għalliema ġodda.
Clyde Puli qal li kien hemm reazzjoni qawwija dwar il-lingwa Maltija u kompla li l-lingwa tinsab taħt assedju mill-media soċjali u għalhekk jeħtieġ li din tkun salvagwardjata. Hu kompla li Malta tinsab l-aħħar fl-Ewropa fl-istudenti li jitilqu kmieni mill-iskola. L-istatistika tikkonferma wkoll li hemm persentaġġi ogħla ta studenti li qed ifallu fil-Matsec u s-SEC. Hu tkellem dwar l-Univerità Amerikana (AUM) u staqsa x’inhu jiġri f’din l-università li ngħatat iż-Żonqor. Aħjar li l-investiment li sar f’din l-università isir fl-Univeristà ta’ Malta, sostna Clyde Puli.
//= $special ?>